Reference: 2233/2000/1

Judgement Details


Date
08/01/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
FARRUGIA ALFRED PAUL ET vs MAYO ANTOINETTE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, PRINCIPJI GENERALI TA` KIF GHANDHA SSIR - DIVIZJONI, PRINCIPJI REGOLATURI TAL-BEJGH IN LICITAZZJONI
Summary
Il-ligi thares il-kwestjoni tal-bejgh b'licitazzjoni kemm fil-Kodici tal-Organizzazzjoni u ProceduraCivili (Art. 305 - 365 Kapitolu 12) u kif ukoll fil-Kodici Civili (Art. 515 - 523 Kapitolu 16), bid-differenza ewlenija bejniethom tikkonsisti filli f'tal-ewwel il-bejgh jintalab minn kreditur ta' sid il-post li jkun ser jinbiegh b'irkant taht l-awtorita' tal-Qorti, filwaqt li f'tat-tieni l-bejgh jitnissel mir-rieda li xi hadd minn ghadd ta' sidien li ma jridx jibqa' izjed fi shab mas-sidien l-ohrajn.

Ghalkemm il-bejgh f'licitazzjoni ta' gid immobbli jista' jsir bil-mod li jaqblu dwaru s-sidien kollha, jekk kemm-il darba jsir b'ordni tal-Qorti f'sentenza jew ghax ma jkunx hemm fehma wahda bejn is-sidien kollha, l-ghazla ta' liema procedura ghandha tigi segwita hija mhollija f'idejn il-Qorti, li tista' tordna li l-partijiet isegwu process li jixbah lil dak imfassal mil-ligi ghall-bejgh fl-irkant bil-qorti;

It-talba sabiex gid immobbli mizmum minn ghadd ta' sidien jinbiegh b'licitazzjoni, trid titqies fid-dawl tal-principji ewlenin li jsawru l-istitut tal-ligi li titkellemdwar gid komuni. Fost dawn il-principji hemm dak li kull wiehed mis-sidien ta' haga komuni ghandul-jedd li jiehu s-sehem tieghu tal-gid in natura, u l-principju l-iehor li hadd ma jista' jigi mgieghel jibqa' jzomm haga flimkien ma' haddiehor. Ghalhekk, meta ssir il-qasma, r-regola hija li kullwiehed mis-sidien jiehu (skond is-sehem tieghu) bizzejjed mill-gid komuni fil-kwalita' li dak il-gidikollu fil-waqt tal-qasma. Dan igib mieghu l-effett li l-licitazzjoni hija l-eccezzjoni ghar-regola. Kemm hu hekk, l-artikolu 515 tal-Kap 16 ifisser f'liema cirkostanzi ghandha ssir.

Madankollu, jekk biex jitharsu l-principji fuq imsemmija l-qasma tal-hwejjeg komuni tkun qeghda ssir biss fid-dieher u tkun mghobbija b'soluzzjonijiet imgebbda, bhal, per ezempju, ekwiparazzjonijiet qawwija,f'dan il-kaz ikun ghaqli li ssir il-licitazzjoni u tkun qeghda tithares il-ligi fil-kelma u l-ispirtu taghha jekk l-eccezzjoni teghleb lill-principju;

Huwa mghallem ukoll f'dan il-qasam li matistax issir il-licitazzjoni ta' gid immobbiljari wiehed jekk is-sidien ikunu jzommu bejniethom gidkomuni iehor. M'huwiex imholli lis-sidien komuni li jwettqu process spezzettat tal-qasma ta' gidhomkomuni;

Tista` ssir licitazzjoni ta` oggett wahdieni li jkun in komproprjeta` meta dak l-oggett ikun l-unika haga mizmuma in komproprjeta` bejn il-kontendenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info