Referenza: 1017/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/02/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
FARRUGIA SAVIOUR NOE vs VELLA MARGARET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRESKRIZZJONI, TA` TMINTAX -IL XAHAR TAHT LARTIKOLU 2148(A) TAL-KAP. 16 MA TAPPLIKAX META L-KREDITUR IKUN IMPENDITUR - PROVA, GRAD TA` - PROVA, PIZ TA` - PROVA, VEROSIMILJANZA TA` ZEWG VERZJONIJIET KONTRADITTORJI
Fil-Qosor
L-ewwel Qorti ikkonkludiet li l-preskrizzjoni ta` tmintax-il xahar dwar azzjonijiet tal-hajjata, skrapar, mastrudaxxi, bennejja, bajjada, haddieda, argentieri, arluggara u ta' persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika, ghall-prezz ta' l-opri jew tax-xoghlijiet taghhom, jew tal-materjal li jfornu, ma tghoddx ghall-kaz fejn il-kreditur ikun imprenditur hekk li l-prestazzjonijiet tieghu jkunuatti tal-kummerc.

Il-Qorti tal-Appell, fis-sentenza taghha, ikkonkludiet li f'kawza civili l-piz tal-prova irid jigi sopportat mill-attur.

Il-gudikant fil-kamp civili ghandu jiddeciedi fuq il-provi li jkollu quddiemu meta dawn jinducu fih dik ic-certezza morali li kull tribunal ghandujfittex u mhux fuq semplici possibilitajiet ; imma dik ic-certezza morali hija bizzejjed bhala li hija bazata fuq il-preponderanza tal-probabilitajiet.

Fejn l-assjem tal-provi hu tali li l-verzjonijiet tal-kontendenti huma hekk bilancjati li kull wahda tista' tirrizulta plawsibbli u veritjerau ma tirrizultax dik ic-cirkostanza determinanti li tissoda l-konvinciment tal-Qorti favur tezi u mhux l-ohra, ma jibqax lecitu ghall-gudikant li jifforma opinjoni motivata fuq preponderanza ta' probabilitajiet. Jehtieglu jasal biss ghall-konkluzjoni li l-attur ma jkunx sodisfacentement u konkludentement ipprova t-talbiet tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni