Reference: 400/1993/1

Judgement Details


Date
09/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
BRIFFA SALVU vs CAMILLERI WALTER ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, DOVER TAL-ASSIGURAT LI JSEMMI KULL FATT LI RAGJONEVOLMENT GHANDU JHOSS LI HU RILEVANTI GHALL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, FATTI MATERJALI - ASSIKURAZZJONI, META L-POLZA TIMTELA MINN AGENT TAL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, UBERRIMA FIDES
Summary
Hu ormai stabbilit fil-gurisprudenza illi il-proposal form hija parti ntegrali tal-polza ta' l-assigurazzjoni, u kwindi, dikjarazzjoni falza maghmula fil-formola hija qisha dikjarazzjoni falza fil-polza.

Il-fatt li dak li mela l-proposal form fuq informazzjoni ta' l-attur kien sub-agent tal-kumpanija ma jaffettwax il-kwistjoni principali f'sens sfavorevoli ghall-kumpanija assiguratrici ghaliex f'kaz simili, is-sub-agent hu mandatarju tal-"proposer", filwaqt li jkun qieghed jimla' d-dettalji bl-inkarigu ta' l-attur.

Hu l-obbligu tal-persuna li tkun qed tinnegozja biex tidhol f'kuntratt ta' assigurazzjoni li taghti l-informazzjoni kollha sostanzjali u rilevanti dwar il-historytaghha bhala is-soggett ta' assigurazzjoni, meta jkun car li tali informazzjoni tista' b'xi mod tinfluwenza d-decizjoni tad-ditta assiguratrici fl-ghoti tal-polza. L-istess kif id-ditta assiguratricihi obbligata tinforma lill-klijent bil-limitazzjonijiet u restrizzjonijiet li l-polza li tkun ser tinhariglu ikollha. Dan ghaliex il-kuntratt ta' assigurazzjoni hu wiehed ta' uberrimae fidae u l-kontraenti ghandhom ikunu bil-massima bona fede meta jiffirmawh.

L-obbligu taghti l-informazzjonikollha materjali, in tema ta' kuntratti ta' assigurazzjoni, hu illum universalment rikonoxxut ghaliex jifforma element essenzjali tan-natura tal-kuntratt ta' assigurazzjoni. Dan hu obbligu li jinkombifuq l-assigurat u li sua sponte u volontarjament ipoggi l-informazzjoni kollha ghad-dispozizzjoni ta' min ikun qed jimla' l-proposal form. Il-kuntratt ta' assigurazzjoni huwa ibbazat fuq l-uberrimaefidae tal-partijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info