Referenza: 425/1990/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
MICALLEF CARMELO vs DIRETTUR TAX-XOGHOLIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, FTUH TA` TRIQ PUBBLIKA - DANNI, MINN META TIBDA TIDDEKORRI L-PRESKRIZZJONI - DANNI, OBBLIGU TAD-DANNEGGJAT LI JIMMINIMIZZA D-DANNI - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN - KAZ FORTUWITU, ELEMENTI TA` - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN
Fil-Qosor
Meta Awtorita' kompetenti tiftah triq jitwieled akkordju tacitu jew kwazi kuntratt mas-sidien tal-fondi latistanti, li huma ma jigux disturbati fit-tgawdija tad-drittijiet taghhom bhala konsegwenza tat-tibdil li jsir f'dik it-triq, li jista' jikkagunalhom xi hsara u ghalhekk jekk minhabba dak it-tibdil huma jsofru xi pregudizzju jitwieled fl-Awtorita' d-dmir li tirrizarcilhom id-danni. Obbligu dan li ghandu l-fondament razzjonali tieghu fl-invjolabilita' tad-dritt tal-proprjeta' kif ukoll fl-ekwita. Di fatti jekk huwa veru li l-interess pubbliku ghandu dejjem jipprevali, huwa veru wkoll li ghandha tigi rizarcita l-hsara lill-privat ghaliex ikun ingust li wiehed wahdu jigi sagrifikat fl-interess tal-kollettivita' minghajr ma jigi kumpensat tal-hsara li jsofri. Dan il-principju, bazat fuqid-duttrina, gie affermat minn din il-Qorti fil-kawza.

Triq pubblika hija fond bhal ohrajn.Isiru ghalhekk applikabbli ghaliha il-principji kollha relattivi ghall-iskariku tal-ilma tax-xita.

Id-disposizzjoni tal-ligi li tirrendi responsabbli tal-hsara li tigri bi htija ta' min ikun kagun ta' dik il-htija hija generika u ma taghmel l-ebda eccezzjoni lanqas ghall-Gvern. U ghalhekk il-Gvern hu obbligat jaghmel tajjeb ghad-danni fil-kaz li huwa fl-ezercizzju tad-drittijiet tieghu johrog mill-gusti limiti u jikkaguni pregudizzju lil terzi. U l-Qrati taghna waslu sal-punt li rritenew li meta l-att tal-Gvern jikkostitwixxi pregudizzju lil terzi, dak l-att jista' jigi sindakat mit-Tribunali u jista' jigi eventwalment minnhom revokat u li l-Gvern hu responsabbli ghall-hsara li huwa jikkaguna lill-proprjeta' privata anke b'opri ta' utilita pubblika.

F'materja ta' triqat uta' drittijiet tal-proprjetarji fronteggjanti triqat u l-pjazez pubblici meta jigu operati xi mutamenti fuq l-istess triqat jew pjazez, ic-cittadini privati li jkollhom dik il-proprjeta' ma jistghux jindahlu lill-Gvern li fl-interess generali jidhirlu li ghandu jaghmel dawn il-mutamenti. Pero' huwaekwu li l-Gvern jirrikompensahom ghad-deprezzament jew danni li ssofri l-proprjeta' kontigwa minn dawk il-mutamenti meta d-deprezzament jew id-dannu jkun ta' xi rilevanza.

Anki fiz-zminijiet meta t-tejorija tal-"iure imperi" u "iure gestionis" kienet ghadha ferm aktar definita u rigida, l-Qrati dejjem sostnew id-dritt tal-individwu li jigi kompensat ghad-danni minnu subiti b'konsegwenza ta' xoghol malament esegwit mil-Gvern u li f'sitwazzjonijiet ta' din ix-xorta, l-posizzjoni tal-Gvernfir-rigward ta' responsabbilita' ghal dawn id-danni mhix u ma kellhiex tkun differenti minn dik ta'kull persuna ohra.

Il-lokuzzjoni tal-ligi hija generika u ma taghmel ebda eccezzjoni lanqas ghall-Gvern. Ghalhekk anke l-Gvern obbligat jaghmel tajjeb ghad-danni fil-kaz li huwa fl-ezercizzjutad-drittijiet tieghu johrog mill-gusti limiti u jikkaguna pregudizzju lil terzi.

Il-casus jissusisti meta event ikun kemm imprevedibbli kif ukoll irrezistibbli.

Il-kuncett ta' kaz fortuwitu jew forza maggjuri ma jsehhx meta ghall-hsara jkun ikkontribwixx l-fatt pozittiv jew negattiv tal-bniedem. Skond il-principji tad-dritt biex ikun hemm il-kaz fortiwitu mhux bizzejjed li jkun hemm avveniment insolitu, spropozjonat u li jkun prodott mill-forzi tan-natura, imma mehtieg li jkun inevitabbli b'mod li ma jistax jigi evitat b'diligenza ordinarja tal-bonus pater familias. Bl-applikazzjoni ta' dawn il-principji gie ritenut li l-Awtorita' kienet responsabbli ghad-danni li sofra l-attur fil-fond tieghu minhabba skol awmentat tal-ilma tax-xita li kien dovut ghal xi tibdil sostanzjali li l-Awtorita' kienet ghamlet fit-triq.

Il-preskrizzjoni ta' l-azzjoni ghall-hlas ta' hsarat tibda tghaddi minn dak in-nhar li jsiru l-hsarat, u mhux minn dak in-nhar li saru x-xoghlijiet. Ma tistax tigi istitwita kawza sabiex jintalab kumpens ghal hsarat li jkunu ghadhom ma sarux, u ma tibdiex tghaddi l-preskrizzjoni ta' azzjoni qabel ma dik l-azzjoni tista' tinbeda.

Kull persunaghandha l-obbligu li tillimita bil-mezzi ragjonevoli possibbli d-danni li tkun esposta ghalihom minhabba l-agir ta' haddiehor.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni