Reference: 489/1994/2

Judgement Details


Date
23/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
GRECH CARMELO vs LEONE GANADO JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI IPOKETARJA SPERIMENTALI, LIL MIN TIKKOMPETI - AZZJONI IPOKETARJA SPERIMENTALI, NATURA TA` - BEJGH IN SUBBASTA, RATIO TAL-PROCEDURI
Summary
L-azzjoni ipotekarja mhix disponibbli lil dawk il-kredituri li jkunu hadu parti f'subbasta precedenti billi l-ligi tippresumi li l-prezz rikavat permezz ta' dik is-subbasta huwa l-prezz gust u l-ligitakkordalhom azzjonijiet u rimedji ohra in kawtela tad-drittijiet taghhom u ghas-sodisfaciment ta' tali drittijiet.

L-azzjoni ipotekarja hija azzjoni sperimentali fis-sens li l-kreditur ipotekarju jipprova jgib prezz ahjar mill-bejgh tal-fond sabiex jigi soddisfatt il-kreditu tieghu. Izda dan dejjem suggett ghall-pregradwazzjoni ta' kredituri ipotekarji li ghandhom precedenza fuq il-kreditur li jkun qed jittanta azzjoni simili. Ghalhekk jekk l-istess kreditur li jkun qed jagixxi a terminu ta' l-artikolu 2072 tal-Kap 16 jirrizulta li jkun ippartecipa u offra fl-okkazzjoni tal-bejgh bis-subbasta tal-fond milqut bl-ipoteka, u b'hekk ikun soddisfatt li l-prezz rikavat kien realistiku, ma jistax fi stadju ulterjuri jippretendi li dak l-istess fond jerga' jinbiegh.

Hu permess ghal kull kreditur ipotekarju li jitlob il-bejgh gjudizzjarju ta' fond ipotekat. L-bejgh fis-subbasta ma jaghtix lill-kompatur drittijiet ta' proprjeta' anqas vulnerabbli minn dawk mahluqa f'bejgh f'kuntratt bejn possessur u iehor. Is-subbasta wehidha ma kienitx bizzejjed biex definittivament tipprovailli kien ingieb l-ahjar prezz possibbli ghal-oggett mibjugh u kien ghalhekk illi l-ligi tikkontempla l-possibbilita' li tigi ezercitata subbasta sperimentali anke wara li l-immobbli jkun gie liberatbil-process gjudizzjarju favur haddiehor. Dan ifisser illi fl-artikolu 2072 tal-Kodici Civili li jipprovdi li l-kreditur ghandu d-dritt li jitlob il-bejgh b'subbasta kontra t-terza persuna fil-pussess, ma kienx jeskludi l-possibbilita' li din it-terza persuna tkun effettivament qed tipposjedi l-fond b'titolu li akkwistat tramite liberazzjoni fi procedura ta' subbasta. Dan ghaliex il-bejgh gjudizzjarju ma jestingwixxix d-dritt ta' l-ipoteka kompetenti lill-kreditur ipoketarju fuq l-immobbli mibjugh. Dan proprju ghaliex "il-kredituri li ghandhom privilegg jew ipoteka inskritti, jzommu fuq l-immobbli suggett ghall-privilegg jew ghall-ipoteka l-jedd taghhom li jigu gradwati u mhallsin skondl-ordni tal-kreditu jew ta' l-iskrizzjoni taghhom, ikunu ghand min ikunu ghaddew dawn il-beni." (artikolu 2069 tal-Kap 16).

Il-ligi tiggarantixxi dan id-dritt ta' kreditu li jibqa' jsegwi l-proprjeta' ipotekata favur tieghu u takkardalu l-protezzjoni tal-gradwazzjoni tal-jedd tieghu. Dan naturalment sakemm ikun gie ezawrit il-process biex jigi stabbilit il-valur veru li l-mobbli kellu jirrejalizza biex jigi assigurat li rikavat ikun gie mhallas skond l-ordni tal-krediti jew tal-iskrizzjoni taghhom. Ezawrit dak il-process, kien fl-interess tal-partijiet kollha interessati, mhux lanqastal-istess kredituri, li l-vendita gjudizzjarja tigi finalment konkluza u l-fond definittivament liberat lil min ikun offra u hallas il-prezz gust tal-immobbli. Ir-"ratio legis" tal-azzjoni ta' subbasta ipoketarja sperimentali hu allura dak biss li jassigura li kull kreditur ipoketarju jkollu l-opportunita' illi jippartecipa fil-process ta' dan il-bejgh gjudizzjarju b'mod li jkun jista' jivverifika mhux biss il-korrettezza ta' tali proceduri imma wkoll li fihom ikun sar dak kollu li seta' jsirbiex il-fond jigi rejalizzat bl-ahjar prezz, inkluza l-opportunita' lilu nnifsu li joffri prezz ghas-sodisfazzjon tal-kreditu tieghu. L-azzjoni allura ma hi bl-ebda mod immirata ghall-estenzjoni ta'xi ipoteka specjali jew privilegg ta' xi kreditur. L-ipoteka specjali u l-privilegg jibqghu hemm indipendentement minn min l-azzjoni tal-bejgh gjudizzjarju tkun tigi provokata. F'kull kaz ir-rikavat ta' dak il-bejgh jigi eventwalment imhallas skond l-ordni tal-krediti jew l-iskrizzjoni taghhom ul-attur kien f'kull kaz jippartecipa f'dak ir-rikavat jekk il-gradwazzjoni tieghu tkun hekk tippermettielu u tiggarantilu. Il-bejgh ta` immobbli permezz tas-subbasta ma jistingwix id-dritt ta` ipotekafuq dak l-immobbli kompetenti lil dak il-kreditur li ma jkunx ipprovoka dak il-bejgh u ma kienx gieintimat bl-atti tal-istess proceduri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info