Reference: 3347/1996/1

Judgement Details


Date
23/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
CREMONA PAUL ET vs GAMBIN DR ANTOINE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
MUTWU, DIFFERENTI MINN PARTECIPAZZJONI F`SOCJETA` KUMMERCJALI - MUTWU, NATURA TA`
Summary
L-artikolu 1842 tal-Kodici Civili jiddefinixxi l-mutuu li huwa self ghall-konsum bhala kuntratt li bih wahda mill-partijiet tikkonsenja lill-ohra xi kwantita' ta' hwejjeg li jintemmu bl-uzu bl-obbliguta' min jissellef li jrodd lil min jislef daqshekk iehor tal-istess xorta u kwalita'. L-artikolu 1843 jipprovdi illi bis-sahha ta' dan is-self min jissellef isir sid il-haga mislufa u t-telfa ta' din il-haga b'kull mod li tigri jbatiha hu. Is-sub-inciz 1 imbaghad tal-artikolu 1844 jipprovdi illil-obbligazzjoni li tohrog minn self ta' flus hija, fil-kazijiet kollha, tal-istess somma fin-numru li tkun imsemmija fil-kuntratt.

Hemm differenza bejn kuntratt ta' self u kuntratt ta' partecipazzjoni f'xi forma f`socjeta' kummercjali.

Fil-kaz in ezami il-Qorti ikkunsdrat li n-negozjukien tal-konvenut u l-attur ma ha ebda riskju fuqu. Dan ir-rapport ghalhekk kien aktar jinkwadra ruhu f'dak ta' mutuu milli ta` partecipazzjoni f'xi forma f`socjeta' kummercjali. Il-ftehim bejn il-kontendenti kien illi imghax kien ikun dovut jekk in-negozju tal-konvenut jirnexxi, madanakollu n-negozju falla u ebda ammont ta' imghax ma kien dovut ex contractu. L-imghax beda jiddekorri mid-data tal-presentata tal-ittra ufficjali mill-atturi kontra l-konvenuti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info