Reference: 713/1997/1

Judgement Details


Date
07/05/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs SALIBA LYGIA SIVE LUIGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ELEMENTI TA` - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI
Summary
Certi atti jikkostitwixxu disprezz lejn l-awtorita' tal-Qorti u l-ligi tippreskrivi l-pieni li ghandhom jigu inflitti fuq min jinsab li jkun ikkommetta xi att minn dawk. Dan il-procediment huwa ta' indoli kriminali. Il-fatt li l-istess procediment gie introdott bic-Citazzjoni ma jaghtix lil dan il-procediment in-natura civili, u ma jnehhilu xejn min-natura kriminali.

Illi n-nuqqas ta' harsien ta' ordni tal-Qorti tqies minn dejjem bhala ghamil ta' disprezz lejn l-awtorita' taghha. Illi,madankolllu, bhalma l-ligi tiddistingwi b'disposizzjonijiet u sanzjonijiet li jintgharfu wahda mill-ohra skond l-ghamla ta' disprezz, daqstant iehor huwa siewi li wiehed izomm quddiem ghajnejh li kull ghamil li jitqies bhala wiehed li jikkostitwixxi disprezz ghandu r-rekwiziti tieghu skond l-ghamlatieghu.

Huwa ovvju, anke minn esami anke superficjali tad-disposizzjonijiet applikabbli li d-distinzjoni basilari bejn l-imgiba mhux xierqa li ssir in faciem curiae u dik li ma ssirx hekk hijanetta u l-kazi huma trattati b'mod differenti u dana gustament. Fl-ewwel kaz, il-ligi trid taghtilill-gudikant il-mezzi biex immedjatament igib ghall-ordni lil min jittanta jfixkel il-kors tal-gustizzja u dana biex tassikura li xejn ma jimpediha milli tesercita d-doveri taghha b'intervent repentin u awtorevoli. Fit-tieni kaz fejn id-disprezz ikun sar barra mill-ambitu tal-proceduri quddiemha,il-ligi tipprovdi li jigi assikurat li min ikun akkuzat li jkun hati ta' disprezz lejn l-awtorita' tal-Qorti jinghata opportunita' shiha li jiddefendi ruhu minn din l-akkuza.

Wahda mis-setghatewlenin ta' kull Qorti hija dik li taghti ordnijiet lil xihadd, kemm jekk biex dik il-persuna taghmel xihaga, jew biex dik il-persuna ma taghmilx xihaga. Il-ksur ta' kull ordni jikkostitwixxi disprezz ghall-awtorita' li, bis-sahha taghha, dik l-ordni tkun inghatat.

Xilja ta' disprezz iggibmaghha l-htiega li tigi ppruvata, minn min qieghed jixli, l-intenzjoni tal-persuna mixlija li tisfida l-ordni tal-Qorti u b'hekk l- awtorita' taghha;

Madankollu, dik l-intenzjoni ma tiddependixminn jekk il-persuna mixlija tqisx l-ordni moghti lilha bhala wiehed korrett jew le: is-siwi ta' dik l-ordni, sakemm ma jithassarx b'ordni ohra tal-Qorti nnifisha, huwa raguni oggettiva li torbot lill-mixli li joqghod ghaliha, jaqbel jew ma jaqbilx maghha.

Il-procediment tad-disprezz m'huwiex rimedju ghall-persuna li tkun talbet it-tehid tieghu, imma sanzjoni kontra min ikun gab b'idejhu b'ghemilu (jew bl-omissjoni tieghu skond il-kaz) ksur ta' ordni moghtija lilu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info