Referenza: 77/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/12/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
PALMAR LTD vs CIANTAR VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, DEPOZITU TAL-KERA FIL-QORTI WAQT KONTESTAZZJONI GUDIZZJARJA - LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, LEGALITA` TA` AWMENTI TA` KERA MIFTEHMIN BEJN IL-PARTIJIET - LOKAZZJONI, MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, PERIJODU ORIGINALI - LOKAZZJONI, PERIJODU TA` RILOKAZZJONI
Fil-Qosor
Awmenti ta` kera miftehma bejn l-inkwilin u s-sid fil-bidu tal-kirja u li jidhlu fis-sehh meta l-inkwilin jezercita l-opzjoni li jgedded il-kirja ai termini ta` dak l-istess ftehim huma leciti proprjughaliex il-kirja ma tkunx sa dak l-istadju ghaddiet fil-fazi ta` rilokazzjoni ex lege ai termini tal-Kap. 69. It-tigdid tal-kirja ikun wiehed konvenut bejn il-partijiet.

Taht il-Kap. 69, il-morozita' una volta tirrizulta provata ma tistax tigi sanata bil-pagament ta' dak li hu f'kull kaz dovut lis-sid.

Hi zbaljata s-sottomissjoni illi l-inkwilin huwa b'xi mod gustifikat ma jhallasxil-kera ghaliex kien qieghed jikkontesta l-ammont tal-kera mitlub u li minhabba f'hekk hu ma setghax ikun jaf kemm kien effettivament il-kera dovut. Apparti l-fatt illi anke li kieku dan kien minnu,l-inkwilin kien obbligat illi jutilizza r-rimedju li ttih il-ligi illi jiddepozita l-kera mitlub fir-registru tal-Qorti pendenti l-ezitu ta' proceduri gudizzjarji, kellu jkun car illi l-posizzjoni differenti kienet tkun ghal kollox insostenibbli ghax kienet twassal ghall-konkluzjoni inikwa illi wiehed seta' jeludi milli jissodisfa l-obbligi kontrattwali tieghu sempliciment billi jikkontestahom gudizzjarjament u b'hekk jippretendi li jeludi mhux biss l-istess obbligazzjonijiet imma wkoll il-konsegwenzi legali inevitabbli taghhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni