Reference: 46/2005

Judgement Details


Date
23/03/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
VELLA CARMELO ET vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
TEHID TA PROPRJETA
Summary
Biex it-tehid ta' proprjeta` privata jkun lecitu jrid ikun fl-interess pubbliku u mhux ghal skop pubbliku. Ma jiddipendix jekk l-oggett huwiex ta' interess pubbliku, izda jekk huwiex fl-interess pubbliku li l-Istat jakkwista dik il-proprjeta`. Irid ikun hemm interess ghall-generalita` tac-cittadini, ta' l-universalita` tal-pubbliku fl-istat. Il-harsien tal-proprjeta` privata hija wkoll fl-interess pubbliku.Irid jigi accertat li d-decizjoni mehuda tkun verament ittiehdet fl-interess pubbliku minghajr l-ezercizzju ta' l-arbitrarjeta` manifesta u fir-rispett tad-dritt fundamentali sancit bl-Ewwel Artikolu ta' l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropeja.

Il-proprejta` privata ghandha tigi rispettata u l-privazzjoni tal-proprjeta` ghandha ssir taht kundizzjonijiet ben definiti ghalkemm l-Istat ghandu d-dritt li jirregola l-uzu tal-bini in konformita` ma' l-interess generali. Hemm bzonn li jkun hemm ekwilibrju realistiku bejn id-drittijiet tal-proprjetarju u l-ezigenzi tal-kollettivita` u m'ghandiex il-persuna esproprjata tissubixxi sagrificcju partikolari u esorbitanti. It-tehid ta' proprjeta` minghajr pagament ragjonevoli normalment jikkostitwixxi “disproportionate interference” ghalkemm l-Ewwel Artikolu ta' l-Ewwel Protokoll ma jiggarantix id-dritt ghal kompensazzjoni shiha jew skond is-suq. Dejjem irid ikun hemm “a reasonable relationship of proportionality between the means employed and the aim pursued'.

L-interess pubbliku jrid ikun gie identifikat b'mod konkret. Id-dritt ta' l-Istat ghall-esproprjazzjoni ghandu jigi ezercitat biss sakemm u sa fejn hu necessarju. Irid ikun hemm progett konkret “Mhux eskluz li proprjeta` tigi esproprjata fl-interess pubbliku ghax kien hekk mehtieg biex tigi assigurata l-attwazzjoni kompleta ta' progett ta' utilita`partikolari fil-kuntest ta' l-izvilupp partikolari taz-zona jew biex taghti lok per ezempju ghal espansjoni futura ta' l-istess progett basta li din ma tkunx fuq mera ipotesi izda tirrizulta pozittivament lill-Qorti.

Huwa stabilit li biex indhil fit-tgawdija tal-gid ta' persuna jkun gustifikat fl-interess generali, irid jintwera li hemm utilita` konkreta ghal dak l-indhil, u mhux semplici ipotesi ta' bzonn jew aspirazzjoni. Minbarra dan, l-interess generali jew pubbliku ghandu jibqa' jsehh ghaz-zmien kollu tal-indhil fit-tgawdija tal-gid tal-persuna.

It-talba tar-rikorrenti hijali din il-Qorti vjolat l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropeja u 37 tal-Kostituzzjoni. Din il-Qorti ma tistax tannulla dik is-sentenza kif talbu r-rikorrenti izda tista' tordna li sakemm tinsab soluzzjoni ta' post alternattiv adegwat ghar-rikorrenti jew li jinghataw kumpens xieraq, dik is-sentenza ma jkollhiex l-effett imsemmi ta' penali u l-konsegwenzi l-ohra msemmijin fiha.

Sakemm ma tinstabx din is-soluzzjoni ir-rikorrenti ma jistghux jigu mwaqqfa milli juzaw ir-razzett taghhom.Il-Qorti ma jidhriliex li ghandha tilqa' t-talba tar-rikorrenti ghal kumpens. Tiddikjara li jekk ir-rikorrenti jitwaqqaf milli juza r-razzett jinkisru d-drittijiet fundamentali tieghu sakemm ma jigix moghti post alternattiv adegwat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info