Reference: 37/2008

Judgement Details


Date
21/01/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MUSCAT PETER PAUL vs MUSCAT MARIO PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 39 TAL-KOSTITUZZJONI - ARTIKOLU 6 (1) TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - AUDI ALTERAM PARTEM - SMIGH XIERAQ
Summary
Din hija azzjoni dwar ilment ta' ksur tal-jedd fundamentali ta' smigh xieraq f'kawza quddiem qorti.Ir-rikorrent jghid li huwa garrab dan il-ksur, kemm taht il-Kostituzzjoni u kif ukoll taht il-Konvenzjoni, meta qorti li quddiemha kien qieghed jinstema' kaz tieghu ordnat lill-avukat tieghu ikomplijressaq il-provi u jaghmel il-kontro-ezami tax-xhieda tal-parti l-ohra, u kif ukoll biex jittratta l-kawza dak inhar tas-smigh, meta l-istess avukat urieha li kien ghejja u ma felahx ikompli. Jilminta wkoll minhabba li dik l-istess qorti kienet cahditlu t-talba tieghu li jithalla jtella' b'xhud tieghu, waqt smigh iehor, lil xhud li huwa kien ipprova jharrek u ma nstabx. U jilmenta wkoll mill-fatt li dik il-qorti kienet halliet il-kawza ghas-sentenza bla ma tatu zmien jifli stqarrija ta' xiehda(affidavit) tal-parti l-ohra u halliet il-kawza ghas-sentenza u ghaddiet biex taghti s-sentenza blama semghet x'kellu x'jghidilha dwar il-kaz tieghu. Ir-rikorrent jghid ukoll li garrab ksur ta' smigh xieraq fl-istadju tal-appell u ghalhekk qieghed jitlob it-thassir kemm tas-sentenza moghtija mill-ewwel Qorti u kif ukoll dik moghtija mill-Qorti tal-Appell. Ir-rikorrenti b'hekk iqis li garrab ksur ta' dak li jiddisponi l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni.

L-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni li fuqu r-rikorrent isejjes l-ilment tieghu jistabilixxi r-regola bazilari li kull qorti jew awtorita' gudikanti ohra mwaqqfa b'ligi ghad-decizjoni dwar l-ezistenza jew l-estensjoni ta' drittijiet jew obbligi civili ghandha tkun indipendenti u imparzjali; u li meta l-proceduri ghal decizjoni bhal dik jitressqu quddiemha, il-kaz ghandu jinghata smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli. L-artikolu 6 tal-Konvenzjoni, li r-rikorrent ukoll isejjah favurih fl-ilment imressaqminnu, juza l-istess kliem imma jestendi r-regola tas-smigh xieraq ghal procedimenti li jiddeterminaw xi jedd civili.

Il-motivazzjoni zbaljata ta' Qorti fl-ghoti ta' provvedimenti jew sentenzim'humiex raguni li ssejjes ilment ta' ksur ta' smigh xieraq. Dan jinghad imbaghad b'zieda mal-konsiderazzjoni dwar jekk zball bhal dak kienx jew setax ikun tqanqal f'livell ta' appell mill-istess provvediment jew sentenza. Ghaliex jekk kemm-il darba Qorti fi grad tal-appell kellha lokkazjoni li tqis jew tistharreg zball bhal dak, allura anqas u anqas ikun jista' jinghad li l-parti aggravata b'dak il-provvediment jew b'dik is-sentenza tkun garrbet ksur tal-jedd ghal smigh xieraq.

Mill-atti tal-kawza jirrizulta li l-ilment prezenti kien wiehed mill-erba' aggravji specifici (tlieta dwarid-degriet u iehor fil-mertu tal-azzjoni) li r-rikorrent kien qanqal bhala l-bazi tal-appell tieghumis-sentenza moghtija mill-Qorti tal-Magistrati. Il-Qorti tal-Appell stharrget dak l-aggravju, qisitu, tat il-fehmiet taghha dwaru u cahditu. Fil-fehma ta' din il-Qorti, dak l-istharrig tal-Qorti tal-Appell jissarraf fi smigh ghal kollox xieraq fil-qafas tal-process shih ta' dik il-kawza, u l-fattli l-ezitu ta' dak l-istharrig ma ghogobx lir-rikorrent jew ma tahx ir-rizultat li xtaq ma jfissirxli jikkostitwixxi ksur tal-jedd ta' smigh xieraq.

Ir-rikorrent itenni li bic-cahda tal-permess li jtella' l-imsemmi xhud, huwa garrab ksur tar-regola li trid li kull parti f'kawza tinghata l-opportunita' effettiva li tressaq il-provi taghha. Jidher li r-rikorrent qieghed jimplika li bis-sahha ta' din il-parti tad-degriet inkiser il-principju ewlieni tal-haqq naturali tal-audi et alteram partem. Issa huwa maghruf u accettat li ksur ta' dak il-principju jaf ikun tassew raguni tajba li twassal ghat-thassir tal-proceduri li matulhom jirrizulta li jkun sehh dak il-ksur. Imma wiehed iridjifhem li dak il-principju “ma jimportax illi f'gudizzju huwa imprexxindibilment necessarju u assolutament essenzjali illi l-provi tal-parti effettivament jinstemghu imma biss illi tinghata d-debita opportunita li huwa jipproducihom. Kieku kien diversament u cjoe kieku ma setghetx taht l-ebda cirkostanzi tinghata sentenza hlief wara s-smigh tal-provi tal-konvenut, dan kien ikun jista' jostakola ujimpedixxi d-definizzjoni tal-kawza billi jibqa' passiv jew jipprokrastina indefinittivament”.

Il-Qorti tal-Appell kienet stharrget dan l-aggravju tar-rikorrent u sabet li ma kienx misthoqq. Ghalhekk ma jistax jinghad li kien hemm xi ksur ta' jedd ta' smigh xieraq u ghaldaqstant issib li l-ilment tar-rikorrent taht din il-kawzali ma huwiex misthoqq.

It-tieni aspett jirrigwarda dik il-parti tad-degriet fejn il-Qorti ordnat li l-kawza tkompli s-smigh minkejja li, f'dak il-hin, l-avukat tal-fiducja tieghu ma kienx f'qaghda fizika li jkompli jaqdi dmiru. Il-rikorrenti jilmenta li l-qaghda fizika u mentali tal-avukat tal-fiducja tieghu matul is-smigh tal-kawza meta thalliet ghas-sentenza kien daqslikieku ma kienx hemm avukat jidher ghalih.

Il-Qorti hija tal-fehma li metawiehed jifli l-medda kollha tal-process tal-imsemmija kawza, wiehed ma jistax ma jarax kemm ir-rikorrent naqas li jutilizza z-zmien prezzjuz biex ma jsibx ruhu fil-qaghda li kien fiha fl-imsemmi smigh, u kif ukoll x'rimedji ohrajn kellu ghad-dispozizzjoni tieghu biex jirrimedja dik il-qaghda. Partif'kawza ma tistax ma tinqediex jew tharisx ir-regoli tal-procedura u mbaghad wara tilmenta li garrbet ksur ta' smigh xieraq f'dik l-istess kawza.

It-tielet aspett jirrigwarda dik il-parti tad-degriet li bih kien ordnat li jaghmel il-kontro-ezami tax-xhieda mressqa mill-parti avversarja b'affidavit li kien tressaq dak inhar stess tas-smigh, u dan bi ksur ta' digriet li l-Qorti tal-Magistrati kienet tat fis-smigh ta' qabel tal-istess kawza fis-sens li l-provi kellhom jitressqu biss viva voce quddiemha.

Il-konsiderazzjonijiet ta' din il-Qorti dwar dan l-ilment jimxu id f'id ma' dawk maghmulin fiz-zewg cirkostanzi l-ohrajn. Ir-rikorrent qajla jista' jsib il-barka u l-approvazzjoni ghall-mod kif hu u d-difensur tieghu imxew. B'mod partikolari, dan jinghad ghaliex, ghalkemm huwaminnu li l-intimat Mario Muscat ressaq affidavit sewwasew dak inhar tal-ahhar smigh tal-kawza, huwaxorta wahda xehed viva voce u kompla jfisser ix-xhieda li kienet tnizzlet f'dak l-affidavit. Minnuwkoll li lill-avukat tar-rikorrent inghatat il-kopja tal-affidavit waqt is-smigh, imma l-qofol jibqa' li Mario Muscat ta x-xhieda tieghu dak il-hin quddiem il-Magistrat. Izda meta l-Magistrat stiedenlill-avuka tar-rikorrent biex jaghmel il-kontro-ezami, dan wiegeb li lanqas dak is-smigh ma kien bizzejjed biex itemm il-kontro-ezami ghaliex fi kliemu. Fil-fehma tal-Qorti, minkejja l-istat ta' sahha tal-avukat, il-hsieb kien li dak inhar l-istadju tal-gbir tal-provi ma jinghalaqx jew ma setax jinghalaq, u dan imur kontra tal-ordni li kienet inghatat fis-smigh ta' qabel u li kemm ir-rikorrent ukif ukoll l-avukat tieghu kienu jafu biha minn qabel. Dan imur kontra dak li xehed l-istess xhud tar-rikorrent fil-kors ta' din il-kawza.

Il-Qorti tasal ghall-fehma li r-rikorrent ma sehhlux juri b'mod li jikkonvinci li l-imsemmi degriet gablu ksur tal-jedd tieghu ghal smigh xieraq.


Ghaldaqstant din il-Qorti tichad it-talba tar-rikorrent billi ma ntweriex li huwa garrab ksurtal-jedd tieghu ghal smigh xieraq kif imhares kemm bl-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni jew bl-artikolu6 tal-Konvenzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info