Referenza: 53/2008

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/2009
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
MANEH ESSA ET vs KUMMISSARJU TL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 3 TAL-KONVENZJONI EUROPEA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 34 TAL-KOSTITUZZJONI - ARTIKOLU 36 TAL-KOSTITUZZJONI - ARTIKOLU 5 TAL-KONVENZJONI EUROPEA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - DRITT GHAL-LIBERTA PERSONALI - INTERESS SOCIO-KULTURALI - KUNDIZZJONIJIET FIC-CENTRU TA DETENZJONI TA HAL FAR - TRATTAMENT INUMAN U DEGRADANTI
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti jallegaw li d-detenzjoni taghhom hija in vjolazzjoni ghall-artikoli 34 u 36 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-artikoli 3 u 5 tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem utal-libertajiet Fondamentali, inkorporat fil-ligi Maltija bl-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea (Kap. 319 tal-Ligijiet ta' Malta).

L-artikolu 34 tal-Kostituzzjoni jikkorispondi mal-artikolu 5 tal-Konvenzjoni Ewropea u jipprovdu li hadd ma ghandu jigi pprivat mil-liberta' personali tieghu hlief kif jista' jkun awtorizzat b'ligi u fil-kazijiet elenkati fl-istess artikoli. Ghall-fini ta' dawn il-proceduri dak li hu importanti huwa l-klawsola (j) tal-artikolu 34 tal-Kostituzzjoni, u l-klawsola (f) tal-artikolu 5 tal-Konvenzjoni Ewropea.

Fil-waqt li l-Kostituzzjoni tippermetti d-detenzjoni ta' persuna “sabiex tigi effettwata“ it-tkeccija taghha minn Malta jew sabiex ikunu jistghu jittiehdu proceduri ghal dan l-iskop, il-Konvenzjoni Ewropea tippermetti hi ukoll id-detenzjoni “pendingthe decision on his admission, deportation or extradition”. Ghalkemm id-dicitura uzata fil-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea hi ftit differenti, is-sens fiz-zewg kazi hu l-istess u cioe', li f'kazta' barrani, id-detenzjoni tieghu hija legittima sakemm ikun ghaddej il-process ta' jekk ghandux jew le jitkecca minn Malta. Dan, ovvjament, ma jfissirx li persuna tista' tinzamm arrestata indefinittivament sakemm jigu decizi l-proceduri relattivi fil-konfront taghha.

Kollox idur fuq il-fatt jekk iz-zmien tad-detenzjoni, fic-cirkostanzi partikolari tal-kaz, ghandux jew le jitqies wiehed ragjonevoli.

F'dan il-kaz ir-rikorrenti dahlu Malta b'mod illegali u minghajr id-dokumenti kollha mehtiega. Fic-cirkostanzi dawn ma ghandhom ebda dritt jibqghu jirrisjedu f'Malta u huma suggettighad-deportazzjoni. L-istess rikorrenti, pero' applikaw li jinghataw status ta' refugjati, f'liemakaz huma jkollhom dritt li ma jintbghatux lura minn fejn gew; id-deportazzjoni titwaqqaf anke jekk,avolja ma jikwalifikawx ghal status ta' refugjati, jigi dikjarat li ghar-ragunijiet umanitarji ma jimmeritawx li jigu mkeccija.

Il-process ta' tkeccija fil-konfront tar-rikorrenti gie sospiz sakemm jigi determinat finalment l-istatus taghhom, u tul il-pendenza ta' dawn il-proceduri, ir-rikorrenti qed jinzammu f'lok ta' detenzjoni, b'cahda ghal-liberta' personali taghhom. Iz-zmien tad-detenzjoni, pero', mhux marbut maz-zmien li jittiehed biex jigi finalizzat il-process, ghax il-ligi tipprovdi ghal zmien massimu ta' 12-il xahar. F'kaz li l-barrani ma japplikax ghal status ta' refugjat, irid jinheles mid-detenzjoni wara 18-il xahar. Dan ifisser li jekk il-process ghad-determinazzjoni tal-istatus tal-barrani u/jew l-eventwali deportazzjoni tieghu, jigi konkluz qabel l-gheluq tal-perjoduta' 12 jew 18-il xahar skont il-kaz, l-istess barrani jigi mehlus jew deportat skont il-kaz, u allura jinhareg mill-post ta' detenzjoni li fiha qed jinzamm. Jekk, min-naha l-ohra, il-process jitwal,hi x'inhi r-raguni, ir-rikorrenti jridu jinhallu mid-detenzjoni wara t-terminu prefiss. Ir-rikorrenti qed isostnu, pero', li dan iz-zmien ta' 12 jew 18-il xahar hu twil wisq u mhux wiehed ragjonevoli.

Fil-Kolompar Case, deciz mill-Qorti Ewropea tal-Gustizzja fl-24 ta' Settembru, 1992, intqalli detenzjoni ta' aktar minn sentejn huwa wiehed twil u irragjonevoli. Fil-kaz taghna, iz-zmien prefiss huwa dak ta' sena jew sena u nofs u fil-fehma ta' din il-Qorti dan iz-zmien ma jistax jitqies lijeccedi “a reasonable time”. F'kazijiet bhal dawn il-Qorti tifhem il-htiega li jinzamm bilanc bejnil-liberta' tal-individwu, u d-dritt tal-Istat li jipprotegi u jhares l-aspett socio-kulturali ta' pajjizna.

Biex persuna tinghata status ta' refugjat, mhux bizzejjed li hi tghid li gejja minnpajjiz fejn hemm glied u tahwid b'periklu ghal sahhitha, imma jrid jigi determinat li hi fil-fatt,gejja minn dak il-pajjiz, u peress li dawk il-persuni ma jkollhomx dokumenti rilevanti, il-process necessarjament ikun wiehed twil. Maghdud ma' dan, hemm in-numru kbir ta' nies li, b'dan il-mod, jasluf'pajjizna, b'mod li kull persuna li tasal Malta trid bilfors tistenna t-turn taghha qabel mal-kazjigi investigat kif imiss. Fil-kaz ta' Malta, it-tul ta' zmien hu, ghalhekk, determinat mhux biss bin-numru kbir ta' persuni li jizbarkaw fuq l-ixtut taghna, izda bil-fatt li hafna minn dawn il-persuni, jekk mhux kollha, ma jikkolaborawx mal-awtoritajiet billi ma jfornuwhomx bid-dokumenti personalitaghhom.

Konxju minn din il-problema, l-Istat Malti ddecieda li, f'kull kaz, il-process ta' investigazzjoni ma ghandux iwassal biex il-persuna koncernata tigi mcahhda mil-liberta' taghha ghal aktar minn 12 jew 18-il xahar. Fil-waqt li, min-naha l-wahda, l-Istat irid izomm kontroll fuq dawn il-persuni li jinzlu Malta illegalment u jrid joffri forma ta' deterrent ghal min ikun irid jaghmel l-istess, fl-istess hin jifhem is-sitwazzjoni personali ta' dawn il-persuni u avolja mhux dejjem jikooperaw bis-shih mal-awtoritajiet, ma zzommhomx imcahda mil-liberta' personali taghhom ghal tul ta' zmien irragjonevoli. Din il-Qorti taqbel mal-mod kif l-Istat Malti holoq dan il-bilanc bejn id-dritt ta' kull individwu ghal-liberta' personali tieghu, u d-dritt tal-Istat li jahseb li jipproteggi l-interessi socio-kulturali tieghu.

Il-pozizzjoni tar-rikorrenti hija marbuta mal-htiega li jinzamm dan il-bilanc. Fil-waqt li ma giex muri jekk huma ghandhomx jew le fil-pussess taghhom id-dokumenti ufficjali relatati mal-identita' taghhom, il-kaz taghhom qed jigi investigat skont il-ligi mill-awtoritajiet kompetenti biex jigi deciz ghandhomx jinghataw status ta' refugjati, jigux deportati jewjinzammux Malta fuq bazi umanitarja. Sakemm dan il-process jigi determinat, l-Istat ghandu dritt izomm lir-rikorrenti f'detenzjoni, u fil-fehma ta' din il-Qorti, fic-cirkostanzi, iz-zmien ta' detenzjoni “does not exceed a reasonable time”.

Ir-rikorrenti jilmentaw ukoll li d-detenzjoni taghhomghandha titqies li tissuggethom ghal trattament inuman u degredanti, u dan kontra dak li jipprovdil-artikolu 36 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea.

Skont il-gurisprudenza tal-Qorti ta' Strasbourg, “inhuman treatment covers at least such treatment as deliberately causes severe mental and physical suffering” - Reid, “a Practitioner's Guide to the European Convention on Human Rights” (2nd Edit. 2004 pagna 522). It-trattament jitqies inuman meta jkun mahsub minn qabelu ppremeditat biex jikkaguna “intense physical and mental suffering” - kaz “Tekin v. Turkey”, decizfid-9 ta' Gunju, 1998. Ovvjament dan irid jirrizulta indipendentement mill-fatt stess ta' detenzjoni permess kif intwera, ghal zmien ragjonevoli taht l-artikolu 34 (j) tal-Kostituzzjoni u l-artikolu5 (f) tal-Konvenzjoni Ewropea.

F'dan il-kaz ma jirrizultax li d-detenzjoni f'zona determinataflimkien ma' persuni ohra, a differenza minn solitary confinement, ghal 12 jew 18-il xahar, jitqiesli jwassal ghall-“intense physical and mental suffering”.

Ghar-rigward ta' trattament degredanti, generalment, dan jitqies li jirreferi ghal dak it-trattament li jgieghel lil dak li jkun ikisser ir-resistenza kemm fizika u morali tal-vittma jew li jgieghel lill-vittma li tagixxi kontra l-volonta' taghha.

Ma jirrizultax f'dan il-kaz li d-detenzjoni in kwistjoni hija intiza “to humiliate and debase” ir-rikorrenti. Id-detenzjoni tista' titqies, fic-cirkostanzi partikolari ta' pajjizna, bhala mizura mehtiega ghall-istabbilita' ta' pajjiz biex kemm jista' jkun, jigi evitat duluvjuta' nies “irregolari” jiggerrew ma' Malta, u dan minghajr mal-interess u d-disposizzjoni ta' kull persuna tigi almenu prima facie, stabbilita. Irid jirrizulta trattament li “must go beyond that inevitable element of suffering or humiliation connected with a given forum of legitimate treatment”, u darba f'dan il-kaz id-detenzjoni ghal 12-il xahar huwa ghal zmien ragjonevoli, fic-cirkostanzi ta' pajjizna, u la darba ma jirrizultax li dawn qed jinzammu f'kundizzjonijiet inkompatibbli mar-rispett dovut lid-dinjita' umana, ma jistax jinghad li jirrizulta ksur tal-artikoli tal-ligi invokati.

Ghar-rigward tal-ambjent fic-centru ta' detenzjoni, din il-Qorti tghid li, ghalkemm is-sitwazzjonimhux ideali u hemm skop fejn l-affarijiet jistghu jitrangaw, ma jirrizultax li l-immigranti rregolari li qed jigu alloggjati fil-lok Block B, Hal Safi Detention Centre, qed jigu assoggettati “to distress or hardship of an intensity exceeding the unavoidable level of suffering inherent in detention”.Trattandosi tal-fatt li r-rikorrenti dahlu f'pajjizna b'mod illegali jew m'ghandhomx mezzi biex isostnu lilhom infushom, id-detenzjoni taghhom mhux haga mhux konsentita, u s-sahha u l-well-being tar-rikorrenti huma, fic-cirkostanzi, ben protetti.

Li trid tara din il-Qorti mhux jekk is-sitwazzjoni ta' dawn il-persuni hijiex wahda hazina u tistghax tigi rrangata, izda jekk is-sitwazzjoni, ancorche' hazina taghhom, hija daqshekk gravi li twassal ghall-konkluzjoni li qed jigu ttrattati b'mod dizuman. Kif intwera lill-Qorti, ma jidhirx li dawn il-persuni qed jigu assoggettati ghal “inhumantreatment” fis-sens tal-gurisprudenza fir-rigward. Is-sitwazzjoni tista' tkun ahjar, specjalment fil-waqt li l-immigranti jitnizzlu Malta u jsir l-ewwel interrogatorju taghhom, pero', anke meqjus il-lanjanzi kif formulati fir-rikors, din il-Qorti ma tistax tghid li sar xi ksur tad-drittijiet invokati.

Il-lanjanzi tar-rikorrenti almenu quddiem din il-Qorti, huma ta' natura zghira wisq biexjimmeritaw konsiderazzjoni. Kollox ma kollox, din il-Qorti ma tarax li r-rikorrenti wrew li huma gewtrattati mill-awtoritajiet b'xi disrispett jew b'mod inuman. Ghaldaqstant din il-Qorti tiddisponi mit-talbiet tar-rikorrenti, billi tichad l-istess, bl-ispejjez kontra taghhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni