Referenza: 1169/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/03/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
JAMES NAZZARENO ET vs MONTESIN MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - PROVA, PROBATIO DIABOLICA
Fil-Qosor
F'actio rei vendicatoria, is-sid rivendikant m'ghandux ghalfejn jitlob tabilfors dikjarazzjoni tan-nullita' tal-att aljenatorju li bis-sahha tieghu l-beni jkun gie f'idejn l-imharrek, sabiex isehhlu jirbah lura dak il-beni minghand l-istess imharrek.

Azzjoni ta' din l-ghamla titfa' piz qawwifuq min jaghmilha ghaliex irid iressaq l-aqwa provi dwar il-jedd tieghu fuq il-beni li jrid jiehu lura f'idejh. Din ir-regola waslet biex holqot il-frazi "probatio diabolica" biex turi kemm huwa gholi l-grad mehtieg ta' prova li jrid iressaq attur f'kawza ta' din ix-xorta: u dan ghaliex actore nonprobante reus absolvitur, filwaqt li in pari causa melior est conditio possidentis. Mhuwiex ghalhekk bizzejjed li l-attur jipprova li l-gid rivendikat m'huwiex tal-imharrek. Min-naha l-ohra, l-imharrek m'ghandu ghalfejn jipprova xejn, sakemm ma jgibx 'il quddiem huwa nnifsu l-eccezzjoni li t-titolu tal-gid rivendikat jinsab vestit fih.

Fl-ahharnett, huwa mehtieg li l-attur, f'kawza bhal din, igib provi ta' titolu li jkun originali u mhux derivattiv. B'tal-ewwel, l-awturi u d-duttrina tifhem dak it-titolu li jitnissel favur persuna minghajr ma jkun mghoddi lilu minn haddiehor, filwaqtli titolu derivattiv huwa dak fejn il jedd jghaddi minghand persuna ghal ghand ohra. Dan ifisser li jista' jkun hemm kisba b'titolu originali wkoll fejn l-oggett, qabel, kien ta' haddiehor imma li jkun wasal ghand is-sid attwali minghajr ma jkun inghadda lilu mis-sid ta' qabel: dan isehh, per ezempju, fejn wiehed jikseb bil-pussess ghal zmien ta' izjed minn tletin sena bla ma qatt ikun gie mfixkel f'dak il-pussess, jew fejn wiehed izomm oggett mitluq minn haddiehor ghaz-zmien mehtieg.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni