Referenza: 147/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/01/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CAMILLERI KEVIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARMI TAN-NAR, KONFISKA TA` - SENTENZA SOSPIZA, PERIJODU OPERATTIV MA JISTAX IKUN INQAS MINN SENA
Fil-Qosor
L-Artikolu 19 tal-Kap. 66 huwa tassattiv u jimponi l-konfiska ta' inter alia kull arma tan-nar jew munizzjon li jinzammu jew jingiebu fuq il-persuna b'kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Ordinanza dwar l-Armi. F'dana l-kaz, ghalhekk, ma tapplikax il-limitazzjoni kontenuta fl-ahhar vers tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 23 tal-Kodici Kriminali, u cioe` ta' meta l-oggett suggett ghall-konfiska ikun jappartjeni lil persuna li ma tkunx hadet sehem fid-delitt.

Skond l-Artikolu 28A tal-Kodici Kriminali, il-periodu operattiv ta' sentenza sospiza ma jistax ikun ta' anqas minn sena. Ma kienitx korretta, ghalhekk, l-ewwel qorti meta ssospendiet il-piena ta' prigunerija ta' tlett xhur ghal "sitt xhur". Fl-assenza ta' appell da parti tal-prosekuzzjoni, dan id-difett, fis-sens li l-ewwelqorti nizlet taht il-minimu ghal dak li hu l-periodu operattiv ta' sentenza sospiza, ma jistax jigisanat minn din il-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni