Reference: 59/2008

Judgement Details


Date
12/10/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
AZZOPARDI JOSEPH
Parties
MUSCAT NAZZARENO ET vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
L ARTIKOLU 46 (2) TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - RES JUDICATA - RWOL TAL QORTI KOSTITUZZJONALI
Summary
L-artikolu 46 (2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta jghid ‘... l-Qorti tista' jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk taghmel, tirrifjuta li tezercita s-setghat taghha skond dan is-subartikolu f'kull kaz meta tkun sodisfatta li mezzi xierqa ta' rimedju ghall-ksur allegat huma jew kienu disponibbli favur dik il-persuna skond xi ligi ohra.'

Din il-kwistjoni giet dibattuta diversi drabi fil-Qrati taghna. Il-Qorti Kostituzzjonali dahlet fil-fond taghha fis-sentenza taghha fil-kawza fl-ismijiet “DrMario Vella vs Joseph Bannister nomine” (7 ta' Marzu 1994) fejn, wara li elenkat numru ta' sentenziprecedenti, qalet fost affarijiet ohra; “Minn din ir-rassenja kemm tal-Prim' Awla u kemm ta' din il-Qorti jistghu jitnisslu dawn il-linji gurisprudenzjali;

a. Meta hu car li hemm mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrenti biex ikollu rimedju ghad-danni li qed jilmenta, bhala principju generali dawn ghandhom jigu adoperati u r-rikors ghall-organi gudizzjarji ta' natura kostituzzjonali ghandhu jsir wara li l-ordinarji jigu esawriti jew meta m'humiex disponibbli;

b. Din il-Qorti Kostituzzjonali sakemm ma jirrizultawliex ragunijiet serji gravi ta' illegalita' jew ta' gustizzja jewzball manifest ma tiddisturbax l-ezercizzju ta' diskrezzjonalita' tal-ewwel Qorti ikkonferita mill-artikolu 46 (2) tal-Kostituzzjoni.

c. Kull kaz ghandu l-fattispecje partikolari tieghu;

d. Meta r-rikorrenti ma jkunx ghamel uzu minn rimedju li seta' kellu dan ma jfissirx li l-Qorti ghandha tikkonsidra li ma ghandiex tezercita l-gurisdizzjoni taghha jekk dak il-possibbli rimedju ma kienx pero' jirrimedja hlief in parti l-lanjanzi tar-rikorrenti;

e. Meta r-rikorrenti ma jkunxezawrixxa r-rimedju ordinarji, jekk pero' dan in-nuqqas ikun ikkontribwixxa ghalih l-operat ta' haddiehor allura ma jkunx desiderabbli illi l-Qorti tieqaf u ma tipprocedix bit-trattazzjoni tal-kaz.

f. Meta l-ewwel Qorti tezercita d-diskrezzjoni taghha u tieqaf mit-trattazzjoni minghajr ma tezamina l-materja necessarja li fuqha dik id-diskrezzjoni ghandha tigi ezercitata, il-Qorti tat-tieni grad ghandha twarrab dik id-diskrezzjoni.

L-istess Qorti fil-kawza fl-ismijiet “Philip Spiteri vs Sammy Meilaq” (8 ta' Marzu 1995) qalet ukoll li “meta l-oggett tal-kawza jkun ta' natura komplessa - u jkollu kwistjonijiet li ghandhom rimedju f'xi ligi ohra, u ohrajn li ma ghandhomx, rimedjuhlief kostituzzjonali - allura ghandha tipprevali din l-ahhar azzjoni.” F'din is-sentenza l-Qorti osservat li jkun sewwa li mal-kelma komplessa jizdied il-kliem 'jew inkella imhallta'.

Il-kuncett tar-res judicata huwa ta' ordni u interess pubbliku - ihares ic-certezzi tad-drittjiet li gewdefiniti b'sentenza, ibieghed il-possibbilta' ta' sentenzi li ma jaqblux jew imorru kontra xulxin utaghlaq il-bieb ghall kwistjonijiet li jkunu gew stabbiliti b'sentenza - (“Galea vs Falzon” - Prim Awla - 7 ta' Frar 2002). Sentenza li ghaddiet ingudikat ma tistax tigi attakkata b'nullita' fuq bazita' xi difett procedurali fl-otteniment taghha. Jekk dik is-sentenza la tigi appellata u lanqas ritrattata tghaddi in gudikat b'mod li ma tkunx izjed tigi attakkata u hija irrevokabbli.

Il-Qorti tifhem li quddiemha proprjament ma ghandhiex eccezzjoni tar-res judicata izda qed taghmel din l-analizi biex turi l-perikolozita' ta' ftuh mill-gdid ta' proceduri civili li jkunu gia' nghalqu. Jekkit-talba tar-rikorrenti tigi accettata hemm il-periklu car li ebda sentenza ma jkollha c-certezza tal-gudikat.

Hemm ukoll element iehor determinanti li jwassal biex il-Qorti tilqa' l-eccezzjoni tal-intimat. Il-proviso ghall-artikolu 46 jghid illi r-rimedji huma jew kienu disponibbli lir-rikorrenti. Ghalhekk anke jekk dak ir-rimedju kien disponibbli u ma ghamlux uzu minnu, il-Qorti ghandha l-poter illi tiddeklina li tkompli tisma' l-kawza.

Fir-rigward tal-lanjanza taz-zmien il-Qorti lanqas ma tista' tehodha bis-serjeta' ghaliex kieku dik kienet lanjanza reali, ir-rikorrenti makienux jitolbu t-thassir tas-sentenza izda rimedju iehor. Ghalhekk jekk huma ghandhom dak l-ilmentghandhom jaghmlu t-talba rilevanti u mhux jitolbu t-thassir tas-sentenza li s-sahha taghha bhala gudikat ma tigix affetwata ut sic bid-dewmien tal-proceduri.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeklina li tkompli tisma' l-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info