Reference: 34/2009

Judgement Details


Date
09/10/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
IL-PULIZIJA (SPETTUR VICTOR AQUILINA) vs LOMBARDI MARK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - KSUR TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM
Summary
Ir-rikorrent Mark Lombardi jallega li bl' istqarrijiet li hu ta lill-pulizija ezekuttiva waqt l-interrogatorju u waqt li ma kienx assistit minn avukat, u li sussegwentement gew esebiti fl-atti tal-proceduri kriminali li ttiehdu kontra tieghu u li jinvolvu akkuzi ta' agir bi ksur tal-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li ghandhom x'jaqsmu maghha (Kap. 31 tal-Ligijiet ta' Malta) gew lezi d-drittijiet fundamentali tieghu, u ghalhekk talab li, wara li dan jigi stabbilit, l-istess stqarrijiet ghandhom jigu sfilzati mill-process.

Din il-Qorti tirrimarka dwar l-atteggjament kontraditorju da parti tar-rikorrent li, fi stadju bikri, ma opponiex ghall-presentata fil-process kriminali tal-istqarrijiet irrilixxati minnu. Dawn l-istqarrijiet gew esebiti quddiem il-Qorti tal-Magistrati, u r-rikorrent li kien debitament assistit, mhux biss ma opponiex li l-istess jigu esebiti, izda sahansitra ezenta lill-prosekuzzjoni mill-htiega li tressaq lill-ufficcjali tal-pulizija sabiex jixhdu fuq l-istqarrijiet msemmija. Ir-rikorrent ma ressaq ebda ilment dwar l-istqarrijiet ligew esebiti, u kien biss erba' snin wara li talab l-isfilz taghhom ghax allega li ttiehdu bi vjolazzjoni tad-drittijiet tieghu.

Trattat il-meritu tal-lanjanza tar-rikorrent, din il-Qorti tarali r-rikorrent jaghmel referenza ghal decizjonijiet moghtija mill-Qorti Ewropea Dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fuq dina l-kwistjoni. Fil-maggior parti taghhom is-sentenzi tal-Qorti Ewropeja ghar-rigward ta' dana l-ilment kollha wasslu ghal decizjoni dwar jekk kienx hemm vjolazzjoni tal-ligi f'danair-rigward wara illi hadu in konsiderazzjoni l-fatt jekk mill-kumpless tal-provi kollha migjuba kontra l-persuna akkuzata, l-istqarrija ta' akkuzat li ma kienx assistit minn avukat kellhiex piz fuq decizjoni eventwali li ttiehed fil-konfront ta' dak l-akkuzat, jew inkella jekk tali stqarrija setatxkellha xi piz fuq tali decizjoni. Il-Qorti ghalhekk sabet vjolazzjoni fejn tali stqarrija wasslet ghal kundanna fil-konfront tal-persuna akkuzata izda ma sabitx tali vjolazzjoni fejn kien hemm proviohra li wasslu ghall-inkriminazzjoni.

Il-fatt wahdu li r-rikorrent ma kienx assistit minn avukat waqt l-interrogatorju tieghu, ma jwassalx ghall-ksur tad-drittijiet fundamentali tieghu. Biexjigi deciz jekk hemmx ksur tal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea, irid jigi kkunsidrat l-process gudizzjarju kollu, u mhux jigu kkunsidrati l-istqarrijiet ‘in isolation'. Jekk fi tmiem il-gbir tal-provi l-unika prova kontra l-akkuzat tkun il-konfessjoni tieghu fi stqarrija li hu rrilaxxja meta makienx assistit minn avukat, allura l-Qorti li tkun trid tiddecidi l-kaz, trid toqghod ferm attenta,ghax sejba ta' htija f'dawk ic-cirkostanzi jistghu jwasslu lill-Qorti tal-appell tqis dik is-sentenza bhala ‘unsafe'. Min naha l-ohra, jekk htija tinsab wara process gudizzjarju li fih b'mod gust jitressqu diversi provi li, fil-kumpless taghhom u fic-cirkostanzi kollha tal-kaz, iwassalu ghall-konvinciment ta' responsabilita' minghajr dubju raggonevoli, ma jistax jinghad li, ghax tkun saret stqarrija meta l-imputat ma kellux assistenza legali, jkunu gew vjolati d-drittijiet fundamentali tal-akkuzat kif protetti bl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea. Wiehed irid iqis “the entirety of the proceedings”, u mhux stadju wiehed meqjus wahdu.

Kwindi ma jistax jinghad li, ghall-fatt biss lir-rikorrent irilaxxja stqarrijiet meta ma kienx assistit b'avukat ta' fiducja tieghu, gew lezi d-drittijiet fundamentali tieghu, u jekk akkuzat fi proceduri kriminali jkunx jew le inghata smigh xieraqirid jigi ezaminat fi tmiem il-process kollu u wara li jsir ezami tal-kumpless tal-istess procedurifit-totalita' taghhom.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mil-lamenta tar-rikorrent billitichad l-istess, tqis li l-mankanza tad-dritt tal-presenza ta' avukat waqt l-interrogotorju mhux per se leziv tad-drittijiet tar-rikorrenti kif sanciti fl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u tordna li kopja ta' din id-decisjoni tinbaghat lill-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali, kif presjeduta ghall-fini tal-proceduri kriminali li qed jittiehdu kontra r-rikorrent, sabiex l-istess Qorti tkompli tisma' l-kaz skond il-ligi. L-ispejjez ta'dawn il-proceduri quddiem din il-Qorti jithallsu mir-rikorrent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info