Reference: 37/2007

Judgement Details


Date
27/04/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
FARRUGIA EMILIA vs KUMMISSARJU TA' L- ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ESPROPRJAZZJONI
Summary
Fit-2 ta' Marzu 1990, quddiem in-Nutar Dottor Frank Portelli, kien sar kuntratt bejn ir-rikorrenti Emilia Farrugia u Dominic Grima li fih ir-rikorrenti tat, b'titolu ta' cens temporanju ghal zmien sbatax-il sena lil Dominic Grima l-mezzanin bin-numru 19 fi Triq Nazzarenu, Marsa. Dan il-kuntratt kien sar versu c-cens annu w temporanju ta' hamsin lira fis-sena pagabbli fi zewg rati wahda kull sittxhur. Bis-sahha ta' l-Artikolu 12 ta' l-Ordinanza li Tnehhi l-Kontroll tad-Djar (Kap 158 tal-Ligijiet ta' Malta), f'eghluq ic-cens, l-enfitewta baqa' jokkupa l-fond in kwistjoni b'kera minghand ir-rikorrent directus dominus. Din il-kera hija regolata mill-Kap 69 tal-Ligijiet ta' Malta.

Il-Kummissarju ta' l-Artijiet eccepixxa li hu mhux il-legittimu kontradittur. Huwa maghruf li l-Kummissarju ta' l-Artijiet huwa responsabbli mill-amministrazzjoni ta' l-artijiet tal-Gvern. Irrizulta lil-proprjeta` mertu ta' din il-kawza b'ebda mod ma tappartjeni lill-Gvern jew ghandu xi pretensjoni jew drittijiet dwarha. Anqas ma jista' jinghad li l-Kummissarju huwa responsabbli ghall-amministrazzjoni tal-Kap 158.

L-art. 181B jipprovdi li l-Gvern, igifieri l-Istat, ghandu jkun rapprezentat fl-atti u fl-azzjonijiet gudizzjarji mill-kap tad-dipartiment tal-Gvern li jkun inkarigat fil-materja in kwistjoni. Barra minn hekk is-subinciz (2) tal-istess artikolu jipprovdi wkoll li l-Avukat Generali jirrapprezenta l-Gvern f'dawk l-atti w azzjonijiet gudizzjarji li minhabba n-natura tat-talba ma jkunux jistghu jigu diretti kontra dipartimenti ohra tal-Gvern. Izda fl-istess hin jekk hemm persuna specifika mghobbija bir-responsabbilta` tal-haga ma jibqax aktar l-Avukat Generali izda jkun il-kap tad-dipartiment tal-Gvern inkarigat fil-materja in kwistjoni li jirrapprezenta fl-atti ul-azzjonijiet gudizzjarji. Fil-kaz in ezami huwa sufficjentement car li l-Kummissarju ta' l-Artijietm'ghandu ebda responsabbilta` dwar l-ilment u ghalhekk il-Qorti tiddikjarah mhux legittimu kontradittur u tehilsu mill-osservanza tal-gudizzju.

L-Ewwel Artikolu ta' l-Ewwel Protokol tal-Konvenzjoni Ewropea jghid hekk:- "Kull persuna naturali jew persuna morali ghandha dritt ghat-tgawdija pacifika tal-possedimenti taghha. Hadd ma ghandhu jigi ipprivat mill-possedimenti tieghu hlief fl-interess pubbliku u bla hsara tal-kondizzjonijiet provduti bil-ligi u bil-principji generali tal-ligi internazzjonali. Izda d-dispozizjonijiet ta' qabel ma ghandhom b'ebda mod inaqqsu d-dritt ta' Stat lijwettaq dawk il-ligijiet li jidhirlu xierqa biex jikkontrolla l-uzu ta' proprjeta' skond l-interessgenerali jew biex jizgura l-hlas ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet ohra jew pieni.

Il-Kap 88 li hija l-ligi li tirregola tali tehid, jiddefinixxi "skop pubbliku", bhala dak li ghandu x'jaqsam mal-uzu eskluziv tal-Gvern jew ma l-uzu pubbliku generali, jew li ghandu x'jaqsam ma jew jiswa ghall-interess jew qadi tal-pubbliku (sew jekk l-art tkun ghall-uzu tal-Gvern sew jekk le) u jfisser ukollkull skop iehor imsemmi bhala pubbliku minn xi ligi.L-artikolu 3 ta' l-istess Ordinanza jaghti l-fakulta` lill-President ta' Malta li jiddikjara illi art hija mehtiega ghal skop pubbliku. Tali dikjarazzjoni hija prova tan-natura pubblika tat-tehid billi skond l-artikolu 6 hadd ma jista' jitlob provabarranija.

Maz-zmien u bl-izvilupp ta' gurisprudenza f'dan ir-rigward din ir-rigidita` fl-interpretazzjoni ta' x'jammonta ghal skop pubbliku, issubiet kambjamenti u l-Qrati bdew jezaminaw jekk t-tehid forzuz ta' proprjeta` taht l-umbrella tal-ligi, kienx verament fl-interess pubbliku jew jekk kienx rizultat ta' xi abbuz ta' l-awtoritajiet. Bdiet tigi adoperata l-mizura ta' x'inhu accettabbli f'socjeta` demokratika. Izda fil-fehema ta' din l-Qorti l-interess intrinsikament privat ta' uhud li jibbenefikaw essenzjalment min-negozju gestit minn proprjeta` tar-rikorrenti jxejjen dak l-interess pubbliku li trid il-Konvenzjoni Ewropea sabiex tehid forzuz ta' proprjeta` jkun gustifikat.

Dak li tippermetti l-Konvenzjoni mhux li t-tehid ta' proprjeta` privata jsir “ghal skop pubbliku”, izda li jsir “fl-interess pubbliku”. Jekk ir-rikorrenti jridu jghidu li hemm principju assolut,li jghodd dejjem, li jghid li t-tehid ta' proprjeta` ma jkunx fl-interess pubbliku kull meta l-hsieb tal-Gvern ikun li l-proprjeta` mehuda jaghtiha lil privati ohra, din il-Qorti ma taqbilx maghhom.Il-fatt li kien ser jigi zviluppat Sptar privat kien fih innifsu zvilupp ta' interess pubbliku.

Ghalkemm il-privazzjoni tal-proprjeta` privata tista' ssir ghall-utilita` pubblika, dan ghandu dejjem ikun interpretat ristrettivament. Ghandu jigi evitat li l-individwu jigi assoggettat ghall-privazzjonijiet arbitrarji tal-proprjeta` tieghu. Il-proprejta` privata ghandha tigi rispettata u l-privazzjoni tal-proprjeta` ghandha ssir taht kundizzjonijiet ben definiti ghalkemm l-Istat ghandu d-dritt li jirregola l-uzu tal-bini in konformita` ma' l-interess generali. Hemm bzonn li jkun hemm ekwilibrju realistiku bejn id-drittijiet tal-proprjetarju u l-ezigenzi tal-kollettivita` u m'ghandiex il-persuna esproprjata tissubixxi sagrificcju partikolari u esorbitanti. It-tehid ta' proprjeta` minghajr pagament ragjonevoli normalment jikkostitwixxi “disproportionate interference” ghalkemm l-EwwelArtikolu ta' l-Ewwel Protokoll ma jiggarantix id-dritt ghal kompensazzjoni shiha jew skond is-suq.Dejjem irid ikun hemm “a reasonable relationship of proportionality between the means employed andthe aim pursued”.

Ukoll a “deprivation of property effected for no reason other than to confer a private benefit on a private party cannot be ‘in the public interest'. Nonetheless the compulsory transfer of property from one individual to another may, depending upon the circumstances, constitute a legitimate aim for promoting the public interest”.

L-interess pubbliku jrid ikun gieidentifikat b'mod konkret. Id-dritt ta' l-Istat ghall-esproprjazzjoni ghandu jigi ezercitat biss sakemm u sa fejn hu necessarju. Irid ikun hemm progett konkret mhux eskluz li proprjeta` tigi esproprjata fl-interess pubbliku ghax kien hekk mehtieg biex tigi assigurata l-attwazzjoni kompleta ta' progett ta' utilita` partikolari fil-kuntest ta' l-izvilupp partikolari taz-zona jew biex taghti lok per ezempju ghal espansjoni futura ta' l-istess progett basta li din ma tkunx fuq mera ipotesi izda tirrizulta pozittivament lill-Qorti.

L-emissjoni tad-dikjarazzjoni tal-President u proceduri konnessi huwa biss l-ewwel stadju fil-process ta' esproprjazzjoni. Dan il-process jintemm meta jsiril-kuntratt ta' trasferiment u ghalhekk l-interess simboliku ghandu jibqa' jissussisti sa tali datatal-kuntratt minhabba li l-persuna li tkun ser tittehdilha l-art li tkun ghada l-proprjetarja sal-mument tal-pubblikazzjoni tal-kuntratt. Id-dikjarazzjoni tal-President tkun certament legali (mhux nulla) jekk ma jibqax jezisti l-interess pubbliku izda meta jispicca dak l-interess ma tibqax aktar legittima.

Ghaldaqstant din il-Qorti ssib li m'hemm l-ebda ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem permezz ta' l-artikolu 12 tal-Kap 158.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info