Reference: 682/1994/1

Judgement Details


Date
29/11/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
CIAPPARA MICHAEL NOE vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET, ORDNI TA` ZGUMBRAMENT
Summary
Il-Kummissarju tal-Artijiet, jekk fil-fehma tieghu jkun hekk mehtieg jew spedjenti li jaghmel, jista' fid-diskrezzjoni assoluta tieghu jordna l-izgumbrament ta' kull persuna minn kull art li tkun okkupata minn dik il-persuna minghajr ebda titolu jew li tkun moghtija b'encroachment u t-tnehhija minnhemm ta' kull oggetti mobbli, fi zmien specifikat li jinghata fl-ordni u jista' ghal dak il-ghan jaghti dawk id-direttivi li fil-fehma tieghu jkunu mehtiega biex kull ordni bhal dak jigi ezegwit bl-anqas dewmien possibbli.

Mhux mehtieg illi f'tali dikjarazzjoni jigi specifikat l-artikolu tal-ligi li jaghti l-jedd lill-Kummissarju tal-Artijiet li johrog l-istess dikjarazzjoni.

Tali ordni tista' tohrog biss jekk "fil-fehma tal-Kummissarju tal-Artijiet ikun hekk mehtieg jew spedjentili jaghmel, jista' fid-diskrezzjoni assoluta tieghu jordna l-izgumbrament", b'dan ghalhekk mhux minnu li l-istess ordni ghandha tikkontjeni dikjarazzjoni f'dak is-sens.

Meta huwa neccessarju lixi dikjarazzjoni tkun kontenuta fl-ordni nnifsu dan jigi specifikat ad hoc mill-ligi apposita.

Tali ordni huwa dejjem intiz kemm ghall-persuna u ghat-tnehhija minn hemm ta' kull oggetti mobbli, u jaghti wkoll il-fakolta li l-istess Kummissarju tal-Artijiet sabiex jaghti dawk id-direttivi kollha sabiex l-istess ordni jigi esegwit bl-inqas dewmien possibbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info