Reference: 841/1994/1

Judgement Details


Date
07/11/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SANT FOURNIER CHARLES ET NOE vs ATTARD MONTALD L-AV DR PHILIP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SOCJETA` KUMMERCJALI, DMIRIJIET TAD-DIRETTURI - SOCJETA` KUMMERCJALI, INTERESS TAS-SOCJETA`
Summary
Huwa kuncett stabbilit li l-obbligi tad-diretturi ghandhom ikunu rivolti lejn l-interess massimu tas-socjeta' innfisha u mhux lejn il-membri tal-istess socjeta' tant li hija l-kumpanija stess li ghandha dritt tinforza l-istess obbligi, b'dan li l-istess diretturi ghandhom dejjem jagixxu fl-interesstal-istess socjeta', in bona fede, u skond ir-regolamenti tal-istess socjeta'.

Evidentement,dan ma jfissirx li kwalsijasi zball ta` direttur jammonta ghal ksur tad-doveri tieghu. Zball ghandujigi tollerat kemm-il darba dan ma jkunx frott ta` negligenza u d-direttur li jaghmel l-izball ikunagixxa in buona fede fl-interessi tal-kumpannija, skond ir-regolamenti taghha.

Il-grad ta` diligenza mistenni minn direttur ta` socjeta` fil-qadi ta` dmirijietu huwa dak il-grad li ghandu jkollha persuna ragjonevoli li ghandha kemm (a) dak it-taghrif generali, sengha u esperjenza li jistghu jigu ragjonevolment mistennija minn persuna li taqdi l-istess funzjonijiet li huma moqdija mid-direttur in kwistjoni (test oggettiv) u (b) it-taghrif generali, sengha u l-esperjenza li jkollu dak l-istess direttur (test soggettiv).

Ghalkemm kull direttur ghandu duty of care and skill u li jagixxi fl-interess tas-socjeta' innifisa, xorta jibqa' l-fatt li huwa aspett importanti li il-grad ta'kapacita' tal-istess diretturi f'kull kumpanija ivarja, ghaliex mhux kull direttur ghandu jew huwa mehtieg li jkollu specjalizazzjoni fit-tmexxija tal-istess negozju adoperat mill-istess kumpanija.

Ma huwiex bizzejjed li wiehed jara l-kapacita' tal-persuna li attwalment tokkupa l-istess posizzjoni tad-direttur ut sic, izda dan irid jigi ezaminat fil-kuntest tal-kariga li huwa jokkupa, li majwassalx necessarjament ghall grad necessarju ta' persuna bi kwalifiki bizzejjed biex tiehu hsieb l-istess kariga u l-funzjonijiet taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info