Referenza: 1037/1991/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/11/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
ARRIGO NOEL V.
Partijiet
SCHEMBRI EMANUEL ET vs TANTI DAVID
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, MULTIPLIER FIL-KAZ TA` MARA TAD-DAR - DANNI, MULTIPLIER META L-ATTUR IMUT FIL-MORI TAL-KAWZA - DANNI, XOGHOL TA` MARA TAD-DAR GHANDU VALUR EKONOMIKU - KOLLIZJONI, KOMPENSAZZJONI MINKEJJA LI MA JKUNX HEMM KONTRO-TALBA - KOLLIZJONI, REGOLA TA` PRECEDENZA F`INKROCJU TA` TOROQ - MULTIPLIER, MARA TAD-DAR
Fil-Qosor
Meta jsehh incident f'salib it-toroq li ghandhom jitqiesu toroq ta' l-istess importanza, ir-regola hi li d-dritta hi dik tal-vettura li tkun fuq ix-xellug ta' l-iehor. Indipendentement minn min ghandu d-dritta hu obbligu taz-zewg sewwieqa li jieqfu jesploraw it-toroq. Jekk iz-zewg vetturi ma jieqfux it-tort ghall-habta tkun tat-tnejn bir-responsabbilta' tinqasam fi ta' grad terz u zewg terzi bil-grad akbar ta' htija ghal dak fuq il-lemin.

Mara tad-dar li tkun vittma ta` incident xorta ghandha dritt ghall-kumpens meta l-kapacita' lavorattiva taghha tigi menomata. Il-multiplier fil-gurisprudenza moderna jeqreb lejn l-eta' ta' wiehed u sittin sena. Madanakollu, mara tad-dar ma "tirtirax" ta' 61 sena.

Hija l-pratika tal-Qorti ghalkemm ma hemmx kontro-talba formali mill-konvenut f'kawza ghad-danni wara incident awtomobilistiku li xorta wahda topera kompensazzjoni.

Jekk l-attur imut fil-mori tal-kawza, il-multiplier ghandu jinhadem fuq il-bazi tad-data tal-incidentu d-data tal-mewt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni