Reference: 73/1993/1

Judgement Details


Date
23/10/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
VASSALLO VINCENZA vs CARUANA MONTALTO AIC EDGAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ERROR IN SUBSTANTIA - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA QERQ - KUNTRATT, DIFFERENZA BEJN REXISSJONI, NULLITA` U RIZOLUZZJONI - KUNTRATT, NULLITA` - KUNTRATT, REXISSJONI - KUNTRATT, RIZOLUZZJONI - KUNTRATT, SIMULAZZJONI
Summary
Ir-rexissjoni ta` kuntratt hija differenti min-nullita` u mir-rizoluzzjoni, tant li l-ligi nnifishatipprovdi ghalihom taht kapijiet differenti. Id-differenza hi cara in kwantu fin-nullita` l-kuntratt ma jkun qatt ezista, fir-rexissjoni l-kuntratt, ghalkemm validu, ikun difettuz u ghalhekk annullabbli, mentri fir-rizoluzzjoni l-kuntratt ikun perfett imma semplicement soggett ghax-xoljiment fil-kaz li xi wahda mill-partijiet ma tissoddisfax l-obbligazzjoni taghha.

Zball ta' fatt ma jgibx in-nullita` ta` kuntratt jekk ma jaqax fuq is-sustanza nnifisha tal-haga oggett tal-ftehim. Il-gurisprudenza taghna hi konkordi li l-izball irid ikun sostanzjali u skuzabbli.

Il-kriterju addottat mill-Qrati taghna dwar xi tfisser "sustanza" fit-test tal-ligi hu dak soggettiv, cioe` liwiehed kellu jezamina kif gie konsiderat l-oggett tal-konvenzjoni mill-kontraent li jagixxi biex jinvalida l-ftehim.

L-izball kellu jkun skuzabbli, cioe` meta jkun kawzat mill-parti l-ohra.

Sabiex kuntratt jigi rexiss fu qil-bazi ta` qerq hemm bzonn tal-konkomitanza ta` dawn l-elementi: a) li l-ingann kien il-kawza determinanti li ta lok ghall-ftehim; b) l-ezistenza ta' element specifiku kostitwit mill-ingann uzat; c) in-necessita' tal-prova tad-dolo jew frode minn min jallegah.

Fid-dottrina ssir distinzjoni bejn simulazzjoni assoluta u dik relattiva.

Jekk zball fuqil-valur tal-haga gie ritenut bhala zball li ma jaqax fuq is-sustanza izda fuq kwalita` accidentalita' dik il-haga u ghalhekk ma jinvalidax il-kunsens min-naha l-ohra meta l-att jigi attakkat minhabba simulazzjoni l-konsiderazzjoni monetarja ndikata fil-kuntratt iggorr piz probatorju ta' certa portata meta ad exemplum il-prezz indikat ma jirriflettix il-valur reali. Del resto s-simulazzjoni hi forma ta' frodi multo magis imbaghad fejn jirrizulta illi dan lanqas biss thallas jew ghadda minn kontraent ghall-iehor.

Ir-ricerka jekk zball jew ghemil doluz huwiex determinanti hija wahda ta'fatt li ghandha tigi meqjusa fic-cirkostanzi partikolari ta' kull kaz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info