Reference: 21/2006

Judgement Details


Date
10/12/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
FISH AND FISH LIMITED ET vs L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, TALBA GHAL HRUG TA PERMESS
Summary
Dan huwa appell li sar mill-appellanti Fish & Fish Limited u Malta Fishfarming Limited fejn qed isostnu li d-decizjoni tal-Bord ta' l-Appelli dwar l-Ippjanar, fejn inghad li la darba huma ma pprezentaw l-ebda oggezzjoni bil-miktub skond id-disposizzjonijiet u fit-terminu tal-Artikolu 32 tal-Kap 356in konnessjoni ma' talba ghall-hrug tal-permess f'isem il-kjamat fil-kawza sabiex isir zvilupp konsistenti f'zona ta' akwakultura fil-bahar fix-xlokk ta' Malta mahrug mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mela allura ma setghux jaghmlu appell quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar hija zbaljata.

Fl-opinjoni ta' din il-Qorti, u dan anke kif indikat mill-Awtorita' appellata fir-risposta taghha, il-punti mqajma mill-appellanti dwar jekk l-appellanti odjerni ghandhomxdritt jappellaw quddiem il-Bord huwa punt ta' dritt u dan meta jirrizulta li l-mertu tal-aggravju huwa marbut kemm mal-vantat dritt tal-appellanti li bhala persuni li ser ikunu affettwati bil-hrug tal-istess permess huma kellhom jigu notifikati bl-istess proceduri dwar il-permess, u kif wkoll fejn qed jinghad li l-istess appellanti ma agixxewx skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 32 tal-Kap. 356, u dan fis-sens li sabiex ikollhom dritt ta' appell, l-istess appellanti kellhom iressqu l-oggezzjonijiet taghhom bil-miktub u motivita “fi zmien hmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta' l-avviz imsemmi fis-subartikolu (4)” .

L-avviz fil-gazzetta lokali giet ritenuta mill-Bord li sar skond il-ligi u l-appell ta' l-istess appellanti gie ritenut null peress li ma saret ebda oggezzjoni bil-miktub fit-terminu indikat fl-Artikolu 32 tal-Kap. 356. Meta ssir din l-oggezzjoni dan jintitola lil din it-terza persuna interessata sabiex taghmel appell quddiem l-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 15 (1) (d) tal-Kap. 356 u wara jista' jsir appell wkoll quddiem din il-Qorti.

Din il-Qorti ta l-Appell thoss li la darba ma hemm l-ebda provediment fil-ligi li jipprovdi li terza persuna interressata ghandha tigi notifikata bi procedura ghall-permess jewbi proceduri ta' appell quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, allura din il-Qorti ma' tistaxtiddikjara tali procedura quddiem l-Awtorita' bhala nulla ghaliex fil-fatt l-ebda disposizzjoni tal-ligi ma' giet miksura, jew b'xi mod ma gietx osservata jew mill-Bord, jew mill-Awtorita', jew mill-applikant. B'hekk dan l-aggravju qed jigi michud ghar-ragunijiet premessi.

Din il-Qorti thossli f'dan il-kaz id-deskrizzjoni tas-sit u l-lokalita' ta l-istess fl-avviz pubblikat fil-gazzetta lokali, fejn irreferiet ghall-lokalita' ta' Marsaxlokk u mhux dik ta' Marsaskala kien zbaljat u ghalhekk null u bla effett ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi. F'dan is-sens il-konsiderazzjonijiettal-Bord dwar l-istess huma legalment inkorretti.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta l-Appelltilqa' l-appell kif interpost mill-appellanti s-socjetajiet Fish & Fish Limited u Malta Fishfarming Limited fir-rikors taghhom u b'hekk tannulla d-decizjoni appellata tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanarfl-ismijiet “Fish & Fish Limited, Malta Fishfarming Limited, Assocjazzjoni tal-Hwienet ta' Wied il-Ghajn u tal-GRTU u l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala vs l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-kjamat in kawza Dr. Anthony Gruppetta ghan-nom ta' Malta Centre for Fisheries Sciences” ukonsegwentement tibghat lura u tirrinvija l-atti lura lill-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar,sabiex fid-dawl ta' din is-sentenza jiddisponi mill-kaz skont il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info