Reference: 19/2006

Judgement Details


Date
10/12/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
RIZZO PHILIP vs KUMMISSJONI GHAL KONTROLL TAL-IZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; L-INTERESS TA TERZA PERSUNA F DECIZJONI TA QORTI
Summary
Dan huwa appell minn terza persuna interessata Joseph Camilleri minn decizjoni tal-Bord ta' l-Appelldwar l-Ippjanar (Il-Bord) fil-kaz fl-ismijiet premessi fejn applikazzjoni tal-applikant Philip Rizzo “to sanction internal alterations at ground and first floor level and extending the present roomsat roof level to incorporate a playroom, washroom, toilet and bedroom” giet milqugha wara appell li sar mill-Bord.

Il-bazi tal-appell tieghu hija li tali decizjoni hija nulla u bla effett u dan peress li bhala third party objector huwa kellu jigi notifikat bl-appell li sar mill-applikant quddiem il-Bord.

Mill-Kap. 356 jirrizulta li skond l-Artikolu 32 (5) persuna interessata tista' taghmel oggezzjonijiet ghall-izvilupp bil-miktub u dan fi zmien hmistax il-gurnata mill-pubblikazzjoni ta' avviz f'gazzetta lokali skond l-Artikolu 32 (4) tal-istess Kap. Meta ssir din l-oggezzjonidan jintitola lil din it-terza persuna interessata sabiex taghmel appell quddiem l-Bord ta' l-Appelldwar l-Ippjanar skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 15 (1) (d) tal-Kap. 356.

Meta taliterza persuna interessata tipprezenta hija stess appell quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanaranke skond id-disposizzjonijiet tal-Kap. 356 tkun trid issir in-notifika lill-partijiet fil-kaz dwar l-ewwel laqgha u dan skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 15 (4) tal-Kap. 356. Izda altrimentima' hemm ebda disposizzjoni ohra fl-istess ligi li tipprovdi ghan-notifika ta' third party objectorf'kaz ta' appell mill-applikant jew mill-Awtorita'.

Min-naha l-ohra l-applikant jista' jaghmel dejjem appell lil-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar inkluz skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu15 (1) (a) tal-Kap. 356 izda l-istess ligi bl-ebda mod ma tipprovdi li b'dan l-appell ghandha tkunnotifikata terza persuna li tkun ghamlet oggezzjonijiet skond id-disposizzjonijiet tal-ligi fuq riferiti, u fil-verita' l-istess appellant odjern bl-ebda mod ma indika xi disposizzjoni tal-ligi fejn dan huwa rikjest li jsir ad validitatem, b'dan ghalhekk li huwa fl-interess ta' tali persuna interressata li ssegwi l-istess andament u process tal-applikazzjoni u f'kaz li thoss li ghad ghandha interess tintervjeni fl-istess process, anke quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, u anke quddiemdin il-Qorti, kif fil-fatt qed isir f'dan l-appell medessimu.

Din il-Qorti ta' l-Appell thossli la darba ma hemm l-ebda provediment fil-ligi li jipprovdi li terza persuna interessata ghandha tigi notifikata bi procedura tal-appell quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, allura din il-Qorti ma' tistax tiddikjara tali procedura quddiem l-istess Bord bhala nulla ghaliex fil-fatt l-ebdadisposizzjoni tal-ligi ma' giet miksura, jew b'xi mod ma gietx osservata jew mill-Bord, jew mill-Awtorita', jew mill-applikant.

Ghaldaqstant l-appell odjern gie michud stante li huwa nfondat peress li ma giet miksura l-ebda disposizzjoni tal-ligi jew rekwizit procedurali specifikatament indikat fil-ligi u fil-Kap. 356 u allura l-aggravju tal-appellant ma jista' qatt iwassal ghall-annullament tal-proceduri quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info