Reference: 994/1986/1

Judgement Details


Date
31/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BUSUTTIL EVELYN vs BORG FRANCES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, ECCEZZJONIJIET - APPELL, ZGUMBRAMENT MINN FOND MIKRI
Summary
Din il-kawza hi bejn tnejn minn nies li qed jallegaw li ghandhom it-titolu ta' kera rurali fuq l-artin kwistjoni jew fuq parti minnha. Di fatti l-ghalqa kienet tappartjeni, b'titolu ta' kera lil Giovanni Busuttil li miet. L-attrici, l-armla ta' ibnu, Michael, mejjet ukoll, qed issostni li GiovanniBusuttil kien ceda il-kirja tal-ghalqa kollha in kwistjoni lill-ibnu Michael.

L-Ewwel Qorti laqat' t-talba attrici u kkundanat lill-konvenuta sabiex tizgombra mill-ghalqa “Ta' Ciantar” fil-limiti ta' Haz-Zabbar.

Appellat minn din is-sentenza, il-konvenuta bl-aggravji hekk ifformulati:-
(1) In-nullita` ta' l-istess sentenza stante li l-Ewwel Qorti naqset milli tindirizza ruhha, utiddeciedi wkoll, l-eccezzjoni ulterjuri ta' l-inkompetenza ratione materiae;
(2) Ma tressqux provi adegwati mill-attrici ghar-rigward tat-titolu pretiz minnha b'gustifikazzjoni ghall-proponimentta' l-istanza.

Hu tassattivament provvdut mill-Artikolu 730 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni uProcedura Civili illi, fost eccezzjonijiet ohra, l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza ghandha tigi deciza b'kap separat, qabel, jew flimkien mas-sentenza fuq il-mertu. Dan ifisser illi fir-ritwal tax-xoghol taghha, attiza r-rilevanza partikolari ta' eccezzjoni bhal din, l-ewwel Qorti kellha tokkupa ruhha minnha ghax, inkella, l-ommessa decizjoni dwarha hi oggett ta' nullita`. L-inosservanza ta' danil-precett procedurali jgib in-nullita` tas-sentenza.

L-Ewwel Qorti ma setghetx bhala parti mill-gudizzju tinjora dik l-eccezzjoni ulterjuri. Fid-dispozittiv tas-sentenza l-Ewwel Qorti kien imissha ddikjarat jew b'kap separat tiddeciedi dik l-eccezzjoni, jew inkella tiddikjara li ma hemmx lok ghad-decizjoni taghha peress li hija ezawrita bid-decizjoni fil-mertu.

In-nullita` tad-decizjoni dovuta ghan-nuqqas ta' osservanza tal-precitat dispost 710 tal-Kapitolu 12 ma hix salvabblibir-rikorrenza ghad-dispost ta' l-Artikolu 790 ta' l-istess Kapitolu 12, avolja s-sentenza tkun tinsab li hi gusta fis-sustanza taghha. Dan ghaliex eccezzjoni bazata fuq in-nuqqas ta' gurisdizzjoni hi eskluza mill-portata tas-sanatorja f'din id-disposizzjoni kkontemplata. Mhux il-kaz allura li l-Qorti taddentra ruhha fl-ezami tas-sentenza fil-mertu ghal fini tar-ricerka tal-gustizzja sostanzjali.

Indipendentement mill-fondatezza o meno ta' l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza sollevata, li qed tithalla impregudikata, la s-sentenza ma ssodisfatx il-vot formali tal-ligi, dan in-nuqqas jikkonkreta ruhu f'ipotesi ta' nullita` ta' l-istess sentenza bir-rizultat li l-atti jkollhom jigu rimessilura lill-Ewwel Qorti. Dan anke jekk fil-kors ma jistax jonqos li din il-Qorti ticcensura d-dilungar irragjonevoli li impjegat il-kawza mill-introduzzjoni sad-definizzjoni taghha.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell iddikjarat nulla s-sentenza appellata. Tirrimetti l-atti lura lill-Ewwel Qorti ghal konsiderazzjoni minnha ta' l-eccezzjoni ulterjuri ta' l-inkompetenza u tal-mertu u ta'l-eccezzjonijiet l-ohra ghalih.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info