Reference: 266/2003/1

Judgement Details


Date
31/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
KORPORAZZJONI GHAS-SERVIZZI TA' L-ILMA vs CARUANA JOHN MARY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; HLAS LILL-KORPORAZZJONI GHAS-SERVIZZI TA L-ILMA
Summary
Fil-kaz in kwistjoni, is-socjeta attrici talbet lill-Qorti Civili tal-Magistrati (Malta) biex tikkundanna l-konvenut ihallasha s-somma ta' LM4,500.57 dovuti lilha in kwantu LM4389.66 ghall-ilma li instab mhux registrat fil-fiond ‘Meadows', Triq Ghajn Rihana, Burmarrad u fix-xhur ta' qabel, u kwantughas-somma ta' LM110.91 bhala rimborz ta' l-ispejjez ta' l-ispezzjoni li saret mill-Korporazzjoni attrici fl-istess fond u fl-istess data.

In tema legali jigi osservat li huwa principju assodatfil-gurisprudenza li f'kaz ta' zewg versjonijiet diametrikament opposti li jkunu plawsiblli jew possibli dan jiffavorixxi l-konvenut in bazi ghal principju li onus probandi incumbit et qui dicit nonet qui negat. Huwa l-attur li jrid jipprova l-fatti minnu premessi u allegat fic-citazzjoni. Mill-banda l-ohra pero, il-grad ta' prova rikjesta fil-kamp civili, b'differenza minn kawzi kriminali fejnil-ligi tesigi l-prova ta' htija ghandha tirrizulta minghajr dubbju ragonevoli, fil-kamp civili huwa bizzejjed li jkun hemm certezza f'mohh il-gudikant. Din ic-certezza morali rikjesta f'kawza civilihija l-effett tal-bilanc tal-probabiltajiet. Mera possibilita mhux sufficjenti biex tirradika r-responsabilita civili.”

Fil-kamp civili ghal dak li jirrigwarda apprezzament ta' provi, il-kriteji ma humiex dak jekk il-gudikant assolutment jemminx l-ispjegazzjoni fornita lilu, imma jekk dawnl-istess spjegazzjonijiet humiex fic-cirkostanzi zvarjati tal-hajja verosimili. Dan fuq il-bilanctal-probabilitajiet, sostrat baziku ta' azzjoni civili, in kwantu dawn flimkien mal-preponderanza tal-provi, generalment bastanti ghall-konvinciment. Ghax kif inhu pacifikament akkolt, ic-certezza morali hi ndotta mill-preponderanza tal-probabilitajiet. Din ghad-differenza ghal dak li japplika fil-kamp kriminali fejn il-htija trid tirrizulta minghajr ma thalli dubbju ragonevoli.

Fil-fehma ta'l-Ewwel Qorti, il-Korporazzjoni ma rnexxilhiex tipprova l-ammont ta' konsum illecitu li kienhemm u dan lanqas fuq bazi ta' probabilita u ghalhekk ma thossx li ghandha takkolji t-talba taghhadwar il-kundanna ghall-hlas ta' konsum illecitu. Pero dwar it-talba taghha ghall-ammont ta' LM110.91rapprezentanti l-ispejjez konessi ma l-ispezzjoni li saret, il-Qorti thoss li dawn l-ispejjes ghandhom jigu sportati mill-konvenut u dan ghaliex l-ispezzjoni ma saritx ghal xejn u huwa minnu li kienhemm ‘illegal connection' u stante li l-konvenut huwa ir-registered owner tal-meter, huwa fil-fatt konsegwentement responsabli ghall-meter in dezamina.

Il-Korporazzjoni attrici talbet li s-sentenza tigi annullata. L-istess Korporazzjoni ressqet ukoll aggravju fil-mertu. Dan fis-sens illi, bil-kontra ta' dak deciz mill-Ewwel Qorti, kienet tezisti fl-atti l-prova dwar kif hi wasslet ghall-“time frame” li dwaru talbet il-hlas ta' konsum ta' ilma. B'dan il-motiv ta' aggravju l-Korporazzjoni qeghda tippretendi li s-sentenza tigi riformata.

Il-Qorti ta' l-Appell ikkonkludiet billi annullat is-sentenza appellata u rrimandat l-atti lura lill-Ewwel Qorti ghal konsiderazzjonijiet ulterjuri tal-vertenza u ta' l-eventwali decizjoni fl-ambitu tar-riflessjonijiet maghmula.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info