Reference: 3/2006

Judgement Details


Date
30/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BUSUTTIL ANGLU vs L-AWTORITA TA' MALTA DWAR L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ZVILUPP RURALI
Summary
L-appellant kien applika ghall-izvilupp deskritt originarjament bhala ta' estensjoni ta' kamra agirikola ezistenti u sabiex jigu kostruiti hitan tas-sejjieh u sabiex jigu sanati xogholijiet li saru, fi Triq it-Telleritu, Ghaxaq.

Mill-atti processwali, nkluzi dawk quddiem il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar, jirrizulta li fejn qed issir l-izvilupp l-applikant ghandu art ta' cirka 3.25 tomnietbis-sigar taz-zebbug ghall-produzzjoni ta' zejt taz-zebbuga u li huwa registrat bhal tali mal-IACS(Integrated Adiministrative Control System) u LPIS (Land Parcel Indentification System) bin-numru 674182, u li s-sigar huma registrati mal-Olive Register mal-Oleiculture Unit tad-Dipartiment tal-Akrikoltura.Kien hemm kamra fl-istess sit li giet estiza lill-appellant u l-kamra ghandha tkun ta' 12-ilfilata u li l-hajt ikun ta' seba' filati.

L-izvilupp gie sugerit li jigi rifjutat principarjament minhabba l-adozzjoni tal-Policy and Design Guidance - Farmhouses and Agricultural Buildings (P& G - F & AB) paragraph 1.10, fejn jinghad li l-kmamar rurali fejn jitqeghdu l-ghodda ma ghandhomxikunu ta' kobor iktar minn 9 filati u 15 m.k., mentri l-istruttura intenzjonata hija ta' 38m.k u dan imur kontra l-policy indikata P & G - F & AB 1.10 li titratta dwar “rooms for storage”.

B'sentenza tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar (PAB) inghad li l-appellant ma huwiex bidwi full time kif jezigu kmamar rurali u li l-appellant gja kellu kamra rurali li estendiha ghal kif inhi llum u ladarba l-estensjoni taghha hija ta' iktar minn 15 il-metru kwadru u hija iktar minn 9 filati u l-appellant ma huwiex bona fide full time farmer u jahdem inqas minn 20 tomna tali zvilupp, ma setax jigi awtorizat.

Din is-sentenza giet appellata. L-appellant allega li:
a. giet applikata l-ligizbaljata ghall-kaz inezami u dan jammonta ghall-punt ta' dritt taht l-Artikolu 15 (2) tal-Kap. 365.

b. huwa kien qed jittratta dwar kaz ta' uzu ta' kamra ghall-iskop li processar ghall-ghasirjew pressa taz-zebbug ghall-produzzjoni ta' zejt taz-zebbuga u dan il-punt gie injorat peress li l-kaz gie kkonsidrat taht zvilupp ta' kamra rurali sabiex jinzammu l-uzu ta' l-ghodda in konnessjoni max-xoghol tar-raba' u b'hekk in effetti is-sottomossjonijiet tieghu gew injorati.

Din il-Qorti ta'l-Appell laqat' l-appell u b'hekk annullat d-decizjoni appellata tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar u konsegwentement baghatet lura u rrinvijat l-atti lura lill-istess Bord ta' l-Appell dwarl-Ippjanar, sabiex fid-dawl ta' din is-sentenza jiddisponi mill-kaz skond il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info