Reference: 6/2006

Judgement Details


Date
29/10/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
SALIBA ANTHONY ET vs L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, HARSIEN KONTRA DISKRIMINAZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TGAWDIJA TA PROPRJETA
Summary
Ir-rikorrenti fethu workshop fejn ir-rikorrent Anthony Saliba kien jaghmel xoghol ta' panel beatingu spraying. Dan kollu sar bla permess. Ghalhekk l-awtorità intimata, kif huwa d-dmir u s-setgha taghha li taghmel biex tara li tithares il-ligi, harget avviz biex jieqfu u, wara li r-rikorrenti injoraw dan l-avviz, ittiehdet azzjoni diretta kontriehom mill-awtorità li issiggillat il-makkinarju biex hekk ir-rikorrent ma setax ikompli jahdem.

F'din il-kawza r-rikorrenti qeghdin ifittxu rimedju ghax qeghdin ighidu illi nkisru l-jeddijiet fondamentali taghhom ghat-tgawdija tal-proprjetà u ghal harsien kontra diskriminazzjoni taht l-art. 1 ta' l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali u l-art. 14 ta' l-istess Konvenzjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti saru jafu illi hemm diversi sprayers u panel beaters ohrajn illi l-bicca l-kbira taghhom kienu qeghdin jahdmu bla permess, u hafna kazijiet ilhom “referred for direct action” sa mill-1995, izda l-awtorità intimata naqset milli qatt tiehu xi passi kontra taghhomwaqt illi hadet passi biex twaqqaf lir-rikorrenti mix-xoghol taghhom.
Dan qieghed lir-rikorrentf'sitwazzjoni ta' “zvantagg car u manifest” quddiem il-kompetituri tieghu ghax dawn thallew ikomplujahdmu ukoll meta l-kaz taghhom kien referred for direct action snin qabel, waqt illi r-rikorrent kellu jikri post iehor, b'kera gholi, sabiex ikun jista' jkompli jahdem. Din id-diskriminazzjoni kontra r-rikorrent giet ukoll kundannata mill-Ombudsman.

Il-qorti tghid li l-awtorità imxiet hazin kull meta ma haditx azzjoni kontra kull min jikser il-ligi li l-amministrazzjoni taghha hija fdataf'idejha, u mhux meta hadet azzjoni kontra r-rikorrenti. Jista' jkun illi d-decizjoni ta' l-awtorità li l-kaz tar-rikorrenti kellu jiehu precedenza fuq ohrajn - ukoll jekk dawn kienu eqdem - ghal azzjoni diretta kienet decizjoni amministrativament hazina, izda ma hijiex ksur ta' jedd fondamentalighax (a) ma hemmx jedd fondamentali li tinqeda bil-proprjetà assolutament kif trid, ukoll bi ksur tal-ligi, u (b) ma hemmx jedd fondamentali ghal harsien kontra diskriminazzoni fit-tgawdija tal-jedd li tinqeda bi proprjetà bi krur tal-ligi. Il-qorti ghalhekk tichad it-talbiet tar-rikorrenti, li tqishom semplicement frivoli u vessarorji ghal dak li jghid u jrid l-art. 4(5) ta' l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea [Kap. 319], u tikkundannahom ihallsu l-ispejjez kollha tal-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info