Referenza: 385/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
CORESCHI LTD vs CORESCHI MARIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, KOMPITU TAL-QORTI - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, GURISDIZZJONI ESKLUSSIVA TA` - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI
Fil-Qosor
Dik il-gurisdizzjoni tal-Qrati ordinarji li jissingikaw l-operat tat-tribunal industrijali hija limitata ghal tliet kategoriji ta' difetti - (a) eccess ta' gurisdizzjoni; (b) non-osservanza ta' l-istess ligi kostitwita u finalment (c) non-osservanza ta' xi wiehed mill-principji fundamentali tal-gustizzja.

Dik il-gurisdizzjoni pero' hija limitata ghal meta t-Tribunal Industrijali tmur "ultra vires" lilu moghtija u/jew ghal meta ma jkunx assigura li l-gustizzja issir skond il-merti tas-sustanza tal-kaz u li din tkun bla hsara ghar-regoli tal-gustizzja naturali u/jew meta t-Tribunal jaghti xi sentenza jew decizjoni li tkun kontra xi ligi miktuba, jew xi att iehor li jkollu forza ta' ligi, li jirregola l-pagi u pattijiet u kundizzjonijiet ohra ta' impjieg.

Il-ligi ma kkoncedietxid-dritt ta' appell mid-decizjonijiet tat-Tribunal Industrijali, u ghalhekk dawn il-Qrati Superjurima ghandhomx gurisdizzjoni biex jirriezaminaw jew jirrevedu l-meritu tal-kontroversja li giet deciza mit-Tribunal Industrijali.

Mhux kompitu ta' dawn il-Qrati li jissostitwixxu d-diskrezzjonitaghhom ghal dik tal-Bord. La l-ligi afdat dik il-funzjoni kwazi gudizzjarja f'idejn il-Bord, huwa l-Bord u hadd iehor ghalih li jrid jiddeciedi. Il-Qorti trid toqghod ferm attenta li ma tezawtorax lit-Tribunal mill-funzjonijiet proprji tieghu li jinkludu dawk li jinterpreta mhux biss l-elementi ta'fatt li jingiebu quddiemu imma wkoll il-punti ta' dritt rilevanti ghall-kaz.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni