Referenza: 315/2006/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/10/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ELLUL DAVID ET vs FLYAWAY TOURS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
REKLAMAR U BEJGH TA SERVIZZ
Fil-Qosor
It-Tribunal jidhirlu li persuna ghandha dritt li tinghata s-servizz jew prodott li tkun ghazlet a bazi ta' reklam li jkun sar minn dik il-persuna li tkun qed tbiegh is-servizz jew prodott. Il-persunali tkun qed tbiegh is-servizz jew prodott ma tistax tirreklama tali taht isem jew ditta maghrufa meta dan ma jkunx il-kaz ghaliex b'hekk tkun qed tizvija serjament il-klijent, u taghti impressjoni zbaljata jew tipprometti xi haga li m'hijiex f'pozizzjoni li tezegwixxi.

Kullhadd japprezza liisem partikolari bhal dak ta' grupp ta' lukandi huwa marbut haga wahda ma kwalita' ta' servizz u ‘standards' li wiehed ghandu jippretendi minn dak l-isem. Ghalhekk it-Tribunal jidhirlu li hija haga ragonevoli li l-atturi xtaqu jaghzlu b'mod partikolari s-servizz u l-kwalita' tal-grupp ‘Sheraton'. L-atturi ghandhom dritt jippretendu lura minghand is-socjeta' konvenuta l-ammont li hallsu ghall-akkomodazzjoni taghhom. Izda minn-naha l-ohra, t-Tribunal ma jistax jaqbel mat-talba tal-atturi li jippretendu lura l-ispejjes l-ohra li huma hallsu, u cioe l-ispejjes tal-flights u tal-‘extra night' fil-lukanda koncernata. Ghaldaqstant, it-Tribunal jaqta u jiddeciedi billi jichad l-eccezzjonijet tas-socjeta' konvenuta, u jilqa' limitatament it-talba tal-atturi fis-somma ta' €698.81.

Din il-Qorti ma ssib xejn x'ticcensura fir-ragonament u l-konkluzjoni tat-Tribunal fuq il-quantum tad-danni.Ma jidherx ghaldaqstant li tezisti raguni sufficjenti biex din il-Qorti titbieghed mill-konkluzjonitat-Tribunal ghal mod kif dan iddecieda l-kap ta' l-ispejjez.
Ghaldaqstant l-appell tas-socjeta`konvenuta qed jigi michud bl-ispejjez kontra taghha. Is-sentenza appellata qeghda konsegwentement tigi konfermata in toto kemm fir-rigward tal-mertu kif ukoll fil-rigward tal-kap ta' l-ispejjez.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni