Reference: 98/2003/1

Judgement Details


Date
17/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIFSUD EMANUEL ET vs MICALLEF DENNIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; KERA U ZGUMBRAMENT
Summary
Dan il-kaz jirrigwarda inwkilinat ta' fond li huwa garage intiz biex fih ikun magazinat frott in konnessjoni max-xoghol tal-intimat bhala bejjiegh tal-frott. Mat-trapass taz-zmien l-intimat ma baqaxbejjiegh tal-frott izda flimkien ma hutu beda jinnegozja fil-hut u ghalhekk ma baqax juza l-fond ghall-iskop originali tal-kirja.

Il-Bord tal-Kera jilqa' t-talba tar-rikorrenti u jawtorizzah jirriprendi l-fond fi zmien 15-il jum mis-sentenza tal-Board u jordna lill-intimat jizgombra minn danil-fond mhux aktar tard mill-istess zmien.

L-aggravji principali ta' l-intimat kontra din is-sentenza kienu fis-sens illi l-Bord wasal ghal konkluzjonijiet zbaljati. L-argoment ta' l-appellantijrid jaghti l-impressjoni illi dak li nkera lilu kien il-fond ad uzu ta' mahzen ta' generi differenti skond ic-cirkustanzi varjati tal-mestjier tieghu.

Ma' dan l-argoment din il-Qorti ta' l-Appell ma taqbilx. Meta saret il-kirja, il-ftehim juri li l-fond kellu jservi biss u esklusivament ghal hazna tal-frott u mhux ta' xi generu iehor. Il-hsieb tal-kontraenti jindika illi huma kienu qablu dwar dan il-limitazzjoni ta' uzu ghal dak l-iskop determinat. L-inkwilin appellanti kien marbutma' dan it-terminu preciz tal-ftehim, u, allura, la l-uzu attwali ma baqax dak originarju, kif appattwit, dan jimporta kambjament ta' l-uzu kontrattwali u, in kwantu tali, hu in kontravvenzjoni tal-kuntratt ta' ftehim u tal-ligi.

Anke din il-Qorti waslet ghal konkluzjoni illi l-uzu specifikuddestinat inbidel, li dak it-tibdil lanqas ma kien wiehed kumplimentarju ghall-uzu originarju akkordat, u li, ukoll, ir-rizultanzi processwali ma jiggustifikawx l-ilment ta' xi akkonsentiment tacitu ghal dak it-tibdil.

Ghaldaqstant l-appell qed jigi michud u s-sentenza appellata konfermata, bl-ispejjez jitbatew mill-appellanti. Ghall-fini ta' l-izgumbrament ta' l-appellanti mill-fond mikridin il-Qorti qed tvarja t-terminu prefiss mill-Bord billi taghmlu dekoribbli zmien xahrejn mid-decizjoni ta' din is-sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info