Reference: 6/2000/2

Judgement Details


Date
17/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASSAR ANNETTE ET vs ZAHRA GEORGE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; TEHID LURA TAR-RABA AFFIDAT
Summary
Ir-rikorrenti xehdu illi ghandhom bzonn l-ghalqa in kwistioni f'dan il-kaz biex jikkoltivawha. Dinir-raguni hija wahda sufficjenti biex rikors ta' dan in-natura jintlaqa' minn dan il-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta' Raba'. Ghalhekk il-Bord laqa' t-talba tar-rikorrenti u awtorizza lir-rikorrentima jgeddux il-kera tar-raba deskritt wara l-iskadenza li jmiss u awtorizzahom inoltre jirriprendu pussess tal-istess. Ordna lill-intimat jizgombraw mir-raba.

L-obbjezzjoni ta' l-intimati kontra din is-sentenza hi dik li l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta' Raba' wasal ghal konkluzjoni bazatafuq premessi zbaljati u ta nuqqas tad-debita konsiderazzjoni lil certi provi li tressqu.

In-normi specjali taht il-Kapitolu 199 joffru lil sid ta' raba' l-opportunita` li jressaq rikjesta quddiem il-Bord ghat-tehid lura tar-raba' affittat. Dan permezz ta' l-Artikolu 4 (2) ta' l-istess Kapitolu in kwantu dan jikkontempla sitwazzjonijiet fejn l-affittwarju jkun inadempjenti [subparagrafi (c) sa (f)] jew, ukoll, ghal dawk il-kazijiet fejn is-sid jimmanifesta li hu ghandu bzonn dak ir-raba'[subparagrafi (a) u (b)]. Il-kaz taht skrutinju jaqa' proprju u esklussivament fil-kwadru tas-subparagrafu (a) ghaliex is-sidien ippremettew li huma ghandhom bzonn jirriprendu l-pussess tar-raba' mqabbel “sabiex tigi kkultivata mill-familja taghhom”.

Kif osservat mill-Qorti ta' l-Appell fis-sentenza “Mario Mizzi et -vs- Victor Stellini”, 23 ta' Gunju, 2000, il-precitata disposizzjoni 4(2) (a) “tistabilixxi bhala prerekwizit sine qua non ghar-ripresa tal-fond fuq din il-kawzali: (a) li r-ripresa tal-fond tkun mehtiega ghal skopijiet agrikoli; (b) illi sid il-kera kien qed jitlob ripreza tieghu biex juza r-raba' personalment jew biex jigi wzat minn xi membru tal-familja tieghu personalment; (c) li allura l-persuna kwalifikata skond din id-disposizzjoni biex taghmel uzu mir-raba',tkun gabillot”.

Ghas-sussistenza tieghu, il-bzonn irid ikun validu, reali, genwin u bwonafede. B'mod partikulari, li dak il-bzonn, anke jekk mhux necessarjament u bilfors wiehed ekonomiku,ma jridx ikun kapriccjuz jew wiehed bazat fuq pretensjoni, hi x'inhi.

Id-dikjarazzjoni wehidha mhix bilfors indizzju ta' bwona fede meta mill-assjem tal-provi ma jkunux jirrizultaw cirkustanzi univoci ghall-affermazzjoni taghha. Dan qed jigi rilevat in kwantu fuq l-evalwazzjoni taghha tal-provi din il-Qorti ta' l-Appell mhix konvinta mir-ragonevolezza, sinonima ghal bowna fede, tal-bzonn meta, apparentement, ir-rikorrenti sidien kellhom raba' iehor ghad-disposizjzoni taghhom li huma ghaddew lil terzi. Bil-kontra tal-fehma tal-Bord, din il-Qorti ma ssibx li l-prova dwar dak ir-raba'l-iehor hi irrilevanti. Anzi, ghal kuntrarju, hi rilevanti bosta ghal finijiet ta' l-apprezzamenttal-bzonn u dik tal-formazzjoni tal-gudizzju jekk dak l-istess bzonn kienx ukoll wiehed verament genwin.

Mhux accettabbli ghal din il-Qorti ta' l-Appell illi sid jiddisponi minn raba' iehor lijkollu, jqieghed ruhu fi stat ta' self-inflicted hardship biex b'din l-istratagemma hu jgib lilu nnifsu f'posizzjoni vantaggjuza ghall-izgumbrament tal-kerrej minn raba' iehor tieghu. Pari passu mal-verifika tac-cirkustanzi, li jistghu jagevolaw l-interessi tas-sid, m'ghandu jintilef qatt di vistal-harsien ta' l-interessi ta' l-affittwarju.

Ghaldaqstant, din il-Qorti ta' l-Appell tilqa' l-appell, thassar u tirrevoka s-sentenza appellata tal-Bord dwar il-Kontroll ta' Kiri ta' Raba'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info