Referenza: 4/2008

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CUMBO ANNABELLE vs FLOAT GLASS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
F' dan il-kaz il-Kumpanija Appellata tallega li l-Appellanti kienet qed tipprepara li titlaq il-posttaghha peress illi kienet harget tqila u rat kif ghamlet biex tohloq incident li kien intiz biex tigbor somma ta' flus. Oltre dan, il-komportament u l-prestazzjoni tax-xoghol taghha kienu kagun tat-tkeccija taghha.L-Appellanti, mill-banda l-ohra, tallega li l-vera raguni ghal licenzjament taghha kien il-fatt illi harget tqila. L-Appellanti tghid li wara li giet ippressata, hi ffirmat TerminationForm inbjank u wara din giet mimlija u bhala raguni tnizzel li fil-gurnata tat-terminazzjoni taghhahi kienet ghadha fuq probation.

Dan il-kaz kien karatterizzat minn nuqqas ta' qbil minn xhieda dwar dak li gara. Ghaldaqstant, fin-nuqqas ta' kredibilita ta dak li sema', it-Tribunal Industrijali kellu jimxi skond il-bilanc ta' probabilita. Fl-opinjoni tat-Tribunal Industrijali, il-vera raguni li ghaliha skattat id-decizjoni drastika tal-licenzjament kien l-ahbar tal-pregnancy ta' l-Appellanti. Dan mhuwiex legalment accettabbli bhala l-motiv ta' tkeccija mill-impieg. Il-Kumpanija appellata appellat minn din id-decizjoni tat-Tribunal Industrijali.

Skond din il-Qorti ta' l-Appellma tarax raguni biex tiddiskosta ruhha mill-konkluzjoni raggunta fis-sentenza appellata. Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez kontras-socjeta` intimata appellanti




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni