Reference: 21/2008

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
NAUDI RALPH ET vs GO PLC ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTAL TAL-BNIEDEM; DRITT GHAT-TGAWDIJA TA POSSEDIMENTI - L-EWWEL PROTOKOLL TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM
Summary
F'din il-kawza r-rikorrenti ma nghatawx il-promozzjoni li xtaqu. Ir-rikorrenti qed jallegaw li metahuma gew imcahda mill-promozzjoni gew privati minn dritt ta` proprjeta` li kien legalment taghhom.Huma qed jallegaw li gew lezi d-drittijiet taghhom ghat-tgawdija tal-“possedimenti” kif protett fl-ewwel Artikolu tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem.

Artikolu 1 Protocol Numru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea japplika biss ghall-beni jew possedimenti li persunadiga' ghandha u li diga' qed tgawdi. Irid jigi pruvat mill-applikant quddiem il-Qorti li huwa ghandu pretensjoni legali li jezercita “property rights” . Issa, f`dan il-kaz, ma jirrizultax li r-rikorrenti qatt kellhom id-dritt ghall-promozzjoni li qed jilmentaw li ma hadux. Biex tirnexxi talba taht il-provediment tal-ewwel Artikolu in kwistjoni jrid jirrizulta li dak li jkun gie mcahhad mit-tgawdija ta` oggett li jkun fil-pussess tieghu, u jekk ikun gie dikjarat li ma jkollux dritt ghal dak l-oggett, l-applikant m' ghandu l-ebda ‘legitimate expectation' ghall-promozzjoni.

Hija regolagenerali illi sabiex wiehed ikollu jedd li jaghmel talba fuq propjeta', dan l-individwu irid ta' bilfors ikollu drittijiet sufficjenti li jintitolah sabiex jaghmel dan fl-ewwel lok u kif irrizulta mill-fatti, ir-rikorrenti ma kellhom l-ebda dritt li jintitolhom sabiex jaghmlu talba bhal din. Huwa importanti f'kazijiet bhal dawn illi l-interess legali ghandu jkun sufficentement identifikat u li r-rikorrenti f'dan il-mument ma setghux jidentifikaw dan l-interess legali taghhom.

Ghaldaqstant, ghar-ragunijiet premessi, din il-Qorti tiddisponi mir-rikors tar-rikorrenti billi tichad it-talbiet taghhom, bl-ispejjez kollha jithallsu mill-istess rikorrenti in solidum.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info