Reference: 32/2006/1

Judgement Details


Date
12/09/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MALTACOM PLC (APPELLAT) vs CREMONA GEORGE (APPELLANT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HLAS; TA KIRI TA TELEPHONE EXCHANGE LINES
Summary
Il-kaz in ezami jitratta hlas ghal kiri ta' telephone exchange lines installati fit-tliet fondi tan-negozju appartenenti lill-konvenut. Il-hlas li qed jintalab miIl-kumpannija attrici huwa ghal kiri ta' dawn il-leased lines.

Il-konvenut jippretendi li ma jhallasx l-arretrati tal-kera fl-ammont indikat fl-avviz tat-talba tal-kumpannija attrici ghaz-zmien li skond hu, ma setghax jibqa' jinqeda b'dan is-servizz minhabba problemi li allegatament kien beda jkollu fit-thaddim ta' dan is-servizzi wara li l-kumpannija attrici kienet qalbet ghas-sistema digitali, u l-PAPX li kellu ma baqghetx aktar kompatibbli.

It-Tribunal ezamina d-dokument EC9 li huwa itemised breakdown tal-kont u sabxejn zbaljat f'dan il-kont. It-Tribunal jikkonkludi billi jghid li l-hlas li qieghda titlob il-kumpannija attrici f'din il-kawza ghandha jedd ghalih, u m'hemm l-ebda raguni siewja l-ghaliex it-talbataghha m'ghandhiex tigi milqugha. Il-konvenut jiddenunzja din is-sentenza bil-prospettazzjoni illi din kienet tivvjola d-dettami ta' l-ekwita` bi pregudizzju ghad-drittijiet tieghu.

Il-fatt jibqa' illi l-kontrattazzjoni li saret bejnu u s-socjeta` appellata kellha tigi rispettata bil-hlas tat-tariffi applikabbli sakemm hu nnifsu ma ddecidiex li jittermina s-servizz lilu provvdut b'dik l-istess kontrattazzjoni. Mhux il-kaz allura li din il-Qorti taccetta c-censura ta' l-appellanti fil-konfront tas-sentenza appellata. Ghaldaqstant l-appell qed jigi respint u s-sentenza appellata tat-Tribunal ghal Talbiet Zghar, ikkonfermata, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza a karigu tal-konvenut appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info