Reference: 10/2005/1

Judgement Details


Date
09/07/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PORTELLI JOHN ET (APPELLAT) vs KORPORAZZJONI GHAS-SERVIZZI TA' L-ILMA (APPELLANT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ACTIO AQUILIANA
Summary
L-atturi qeghdin jipproponu l-actio acquiliana u jirreklamaw hlas ghad-danni li jghidu li sofrew fil-bini u ghamara tar-residenza taghhom kawza ta' drenagg pubbliku li far u skula fil-fond residenzjali taghhom. Il-Korporazzjoni konvenuta qeghdha tikkontesta mhux biss il-fatt ta' l-iskular fih innifsu izda wkoll u konsegwenzjalment ir-responsabilita' tal-Korporazzjoni. Resqet wkoll l-eccezzjoni ta'l-inkompetenza ‘rationae valoris'.

Fil-fehma konsiderata ta' l-Ewwel Qorti fuq l-istregwa tax-xhieda prodotta u partikolarment tal-Inginier stess tal-Korporazzjoni m'ghandux ikun hemm dubbju li d-danni sofferti mill-atturi kienu kawza ta' l-isbruffar fis-sistema ta' drenagg pubbliku li ostura ruhu f'temp inuswali ta' xita qawwija u propulz mill-forza ta' gravita' sab sfogg fl-aktar punt debboli li bi sfortuna ta' l-atturi kien il-fond taghhom. Ghaldaqstant, l-Ewwel Qorti laqghet it-talbiet ta' l-atturi, illikwidat l-ammont ta' hsara sofferta mill-atturi fis-somma ta' Lm2952.84 u kkundannat lill-konvenut il-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma thallas dan l-ammont lill-atturi.

Bl-appell taghha minn din is-sentenza l-Korporazzjoni konvenuta ssottomettiet b'aggravju illi mangiebux provi inkonfutabbli ta' negligenza da parti taghha fil-qadi ta' dmirijieta, u li allura l-hsarat li mmanifestaw ruhhom fil-fond ta' l-atturi ma gewx kawzati minhabba xi agir taghha.

Il-Korporazjoni appellanti gabet ‘il quddiem, b'difiza, illi d-dannu subit mill-atturi ma kienx ir-rizultat ta' xi attivita negligenti taghha jew minn xi fonti ohra tar-responsabilita` akwiljana taht il-Kodici Civili imma minn kaz fortuwitu jew ta' forza magguri. Kif insenjat, ta' l-ewwel hu dak l-avveniment li ma setax ikun prevvedut minn persuna ta' ordinarja diligenza. Il-forza magguri invece, hi dik il-forza li ghaliha huwa impossibbli li wiehed jirrezisti.

L-Ewwel Qorti sewwa accertatruhha mill-ezistenza objettiva tas-sitwazzjoni ta' dannu dovuta ghall-inerzja kawtelativa tal-Korporazzjoni appellanti u ta' dak in-ness ta' kawzali bejn tali kondotta kolpuza u d-dannu subit. Wisqragonevolment, din il-kolpa negligenti taghha hi, fuq ir-ri-ezami ta' din il-Qorti ta' l-Appell tar-rizultanzi istruttorji, sew dezunta mill-fatti u c-cirkustanzi kollha tal-kaz.

Ghaldaqstant,l-appell qed jigi respint u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza kontra l-Korporazzjoni konvenuta appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info