Reference: 1415/1997/1

Judgement Details


Date
22/11/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
VELLA RAYMOND vs MOBY RENTALS LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN IL-PRESKRIZZJONI U L-ECCEZZJONI TAL-INEZISTENZA ASSOLUTA TAL-KREDITU - ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN IL-PRESKRIZZJONI U L-ECCEZZJONI TAL-KOMPENSAZZJONI - KOMPENSAZZJONI, META TISTA` SSIR - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI TAL-INEZISTENZA ASSOLUTA TAL-KREDITU - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI TAL-KOMPENSAZZJONI
Summary
L-eccezzjoni tat-tpacija hija inkompatibbli mal-eccezzjoni tal-preskrizzjoni. Meta tnejn min-nies huma debituri lejn xulxin, isir bejniethom it-tpacija ipso jure. Din it-tpacija ssir minghajr ma jkunu jafu d-debituri hekk kif ikunu jezistu zewgt idjun fi zmien wiehed, u d-djun jinqatlu wiehed bl-iehor sa fejn ikunu indaqs. It-tpacija ssir biss bejn zewgt idjun li jkollhom it-tnejn bhala oggettsomma ta' flus li jkunu t-tnejn likwidi u li jistghu jintalbu. Minn dan naraw illi l-eccezzjoni tat-tpacija fiha nfisha tammonta ghall-ammissjoni tad-debitu u li dan id-debitu huwa dovut, biss m'ghandux jithallas ghax huwa pacut minn ammont iehor dovut mill-kredituri. Ghalhekk l-eccezzjoni tat-tpacija xxejjen l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni billi ma jistax ikun hemm tpacija kemm-il darba l-kreditu mhux dovut ghax dan huwa preskritt.

L-eccezzjoni tal-kompensazzjoni timporta r-rikonjizzjoni tad-dejn u tali rikonoxximent jinterrompi l-preskrizzzjoni u jimporta wkoll rinunzja ghall-preskrizzjoni li tkun gja' kompjuta. L-eccezzjoni tal-pagament mhix inkompatibbli ma' dik tal-preskrizzjoni. Hija inkompatibbli mal-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, dik tal-inezistenza assoluta tal-kreditu jew tal-kompensazzjoni.

L-eccezzjoni tal-kompensazzjoni, jekk tinghata wara li jkun ghadda z-zmien tal-preskrizzjoni tikkostitwixxi rinunzja tacita ghall-istess preskrizzjoni. Il-preskrizzjonihija inkompatibbli mal-eccezzjoni tal-kompensazzjoni. Xejn ma jiswa illi l-kompensazzjoni tigi opposta in subordine u bla pregudizzju tal-preskrizzjoni ghax bil-fatt tieghu stess il-konvenut li jeccepixxi l-kompensazzjoni jigi li jirinunzja ghall-preskrizzjoni li hu ma jistax isalva b'semplici riserva. Ghaldaqstant l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni mhix aktar ammissibbli jekk il-konvenut in segwitu ghaliha jopponi l-kompensazzjoni.

L-eccezzjoni tat-tpacija ex lege u ipso jure tista` bississir bejn zewgt idjun li jkollhom it-tnejn bhala oggett somma ta' flus u li jkunu t-tnejn likwidi uli jistghu jintalbu. Hu ghalhekk qed jigi ritenut illi l-kompensazzjoni ma tistax tigi invokata bhala li operat ruhha ipso jure ghar-rigward ta' krediti li ma kienux ammessi mill-parti l-ohra.

Fi kliem iehor il-kompensazzjoni ma tistax issir jekk mhux bejn zewg debiti ugwalment likwidi u certi. Inoltre 'ghalkemm il-likwidita' taz-zewg krediti mhix estrem essenzjali ghall-kompensazzjoni gudizzjali izda, meta l-likwidazzjoni tal-kreditu dedott fil-kompensazzjoni mhix facli u spedita, dikil-kompensazzjoni m'ghandhiex tigi facilment akkolta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info