Reference: 66/2003/1

Judgement Details


Date
20/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ZAMMIT ALFRED vs ATTARD ANTON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MALAFAMA
Summary
L-ewwel Qorti ddikjarat illi l-konvenut immalfama lill-attur bix-xandira li dehret fuq l-IstazzjoniNet televixin. L-istess Qorti kkundannat konsegwentement lill-konvenut ihallas lill-attur l-ammont ta' LM1,000 li gew likwidati minn l-istess Qorti ghal dan l-iskop ghat-tenur ta' l-Artikolu 28(1) tal-Kap 248 tal-ligijiet ta' Malta.Bl-ispejjes kontra l-konvenut.

Fl-appell tieghu l-konvenut jikkuntesta s-sentenza ta' l-ewwel Qorti fis-sens li din ghamlet interpretazzjoni erroneja tal-fatti unaqset milli tapplika l-ligi kif imiss.

Il-konvenut appellanti ghazel li jiddefendi ruhu bl-eccezzjoni tal-fair comment. Essenzjalment, biex tirnexxi din l-eccezzjoni “jehtieg illi l-iskrittur ikun ikkummenta u hareg konkluzjonijiet minn fatti minnu esposti li jkunu veri u kompleti, b' mod li l-qarrej ikun f' konjizzjoni kompleta tac-cirkustanzi li minnhom ikun gie dedott il-kumment jewl-opinjoni ta' min jikteb, biex hekk il-qarrej ikun fil-posizzjoni li jaqbel jew le mad-deduzzjonili jkun ghamel l-iskrittur a karigu ta' hadd iehor.

Ezami objettiv tal-filmat ma jistax majwassalx ghall-istess konkluzjoni raggunta mill-ewwel Qorti ghaliex, fir-realta, il-filmat ipprogetta lill-attur f'assocjazzjoni partecipattiva ma' incident mistmerr u li dwaru l-provi wrew li ma kellhom xejn x'jaqsmu mieghu.

In tema ta' dritt l-appellanti jirrikorri ghall-principju fundamentali ta' l-espressjoni libera. Jevita pero` li jsemmi illi l-liberta ta' l-espressjoni hi kondizzjonata, kwantu ghal-legittimita` ta' l-ezercizzju taghha, ghall-osservanza tal-limiti tal-korrettezza ta' l-esposizzjoni. Kienet il-Qorti ta' l-Appell kolleggjali illi filwaqt li osservat li l-izvilupptal-ligijiet wessghu l-konfini tal-legittimita tad-dritt ta' l-espressjoni, tenniet ukoll illi dak l-istess zvilupp fis-sistema legali taghna ma jissarrafx f'passaport ta' immunita.

Koncessal-latitudni xierqa ghall-espressjoni libera f'materja ta' notizja ta' interess pubbliku, ir-ricerkatrid dejjem tkun jekk it-telespettatur jew il-qarrej jew is-semmiegh tqieghedx fil-posizzjoni li jkollu quddiemu l-fatti kollha, fil-verita shiha taghhom. Ghal dawn il-motivi din il-Qorti ta l-Appellqed tichad l-appell u tikkonferma in toto s-sentenza appellata, bl-ispejjez ta' din l-istanza kontra l-konvenut appellant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info