Reference: 33/2007

Judgement Details


Date
06/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PIRELLA SUPERMARKETS LIMITED vs SISA MALTA LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, ZGUMBRAMENT MINN FOND MIKRI
Summary
Is-socjeta attrici akkuzat lill-konvenut li ma hallasx il-kera, u dan anke wara li ntbaghtulu zewg ittri. Il-Konvenut ma kkontestax l-ammont, pero' qal li l-ammont tal-kera li ma hallasx jaghmel tajjeb ghas-somma li s-socjeta attrici kellha taghti lill-konvenut.

L-Arbitru kkonkluda li l-ahharkera ma thallsitx mill-konvenut b'mod validu u ddettermina li l-konvenut kellu jhallas Lm42,000 u Lm7,000 VAT lis-socjeta attrici.

L-appell tas-socjeta` rikorrenti Pirella Supermarkets Ltd fil-kontestazzjoni tal-lodo ta' l-Arbitru hu fis-sens illi dan naqas milli japplika l-ligi kontrattwali maqbula konsenswalment bejn il-partijiet u wasal ghal konkluzjonijiet extra petita. Hi ghalhekk talbet ir-riforma ta' dak il-lodo f'dik il-parti tieghu fejn l-Arbitru ddecieda li ma jakkoljix it-talba taghha ta' l-izgumbrament tas-socjeta` appellata mill-fond mikri lilha.

Bhala aspett ta'ligi generali skond l-Artikolu 992 (1) tal-Kodici Civili, il-kuntratt maghmul skond il-ligi ghandu sahha ta' ligi bejn il-kontraenti tieghu. Dan il-karattru enfatiku li taghmel id-disposizzjoni jesprimi l-kuncett illi dak il-kuntratt ma jistax, in linea ta' principju, jithassar bil-volonta unilaterali ta' xi parti. In effetti, l-istess disposizzjoni, fis-subartikolu (2) taghha, tissokta tipprovdi illi l-kuntratti ma jistghux jigu mhassra hlief bil-kunsens ta' xulxin. Naturalment, la l-kuntratt hu ligi hu mistenni mbaghad li l-obbligazzjonijiet li jiskaturixxu minnu jigu osservati u adempitibil-bwona fede, skond ix-xorta taghhom, bl-ekwita, bl-uzu jew bil-ligi (Artikolu 993 Kodici Civili). Fil-fattispeci, dan jimporta illi s-socjeta` appellata kienet fl-obbligu li thallas il-kera metadovuta fl-iskadenza taghha.

Jinsab insenjat illi hemm l-extra petita jew ultra petita meta tigi sostitwita ghall-azzjoni jew ghad-domanda avanzata mill-attur azzjoni jew domanda ohra li minnu ma gietx proposta, jew meta d-decizjoni tmur aktar ‘l hemm mid-domanda jew azzjoni avanzata. Fil-kaztaht konsiderazzjoni ma nsibu xejn minn dan. L-ebda pronunzjament fuq xi kwestjoni estraneja ghall-oggett tal-gudizzju jew oltre l-limitu tal-pretensjoni jew ta' l-eccezzjoni.

Din il-Qorti ta'l-Appell cahdet id-decizjoni ta' l-Arbitru u kkonfermat id-decizjoni ta' l-Arbitru.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info