Reference: 467/2002/1

Judgement Details


Date
06/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BONELLO KATIE ET vs MANGION ALISON ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ZGUMBRAMENT - APPELL; ZMIEN KONCESS GHAL APPELL B RIKORS
Summary
Dan il-kaz jitratta zgumbrament minn fond li kien mikri. L-Ewwel Qorti kkonkludiet li l-konvenut kien qed jokkupa l-fond meritu ta' din il-procedura minghajr titolu legali b'detriment ghad-drittijietta' l-atturi fuq l-istess fond. Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti
tordna lill-konvenuti Alison u Raymond Mangion biex jizgumbraw mill-fond fi zmien tlett xhur mill-konkluzjoni tas-sentenza.

Bl-appell minn din is-sentenza l-konvenuti jobbjettaw illi l-Ewwel Qorti ghamlet apprezzament zbaljat tal-provi. Ghal dan l-appell l-atturi ssollevaw illi l-istess appell kien fuori termine u, allura, kellu jitqies kolpit b'nullita.

Hi disposizzjoni cara, ex-Artikolu 226 (1) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, illi l-appell b'rikors irid jigi pprezentat fir-registru tal-Qorti ta' l-Appell fi zmien ghoxrin jum mid-data tas-sentenza. Hi inerenti ghall-istess natura tieghu illidan it-terminu processwali jiddekorri bil-fatt materjali tat-trapass taz-zmien. Din il-karetteristika dekadenzjali li bih l-istess terminu hu vestit tirrendih improrogabbli u taghmlu mhux soggett ghal sospensjoni jew interruzzjoni, salv fil-kazijiet specjali mill-istess ligi procedurali prevvisti.Ad ezempju, fejn il-gurnata ta' l-iskadenza tieghu tkun taqa' f'jum tas-Sibt jew tal-Hadd jew gurnata ta' festa pubblika, jew certi granet tal-Gimgha Mqaddsa.

Jikkonsegwi minn dan illi l-appell ma jissodisfax l-esigenza procedurali skond il-vot tal-ligi u, la dana huwa hekk, l-appell ma jistax hlief jitqies irremedjabilment irritwali.
Ghaldaqstant l-appell qed jigi dikjarat irritu unull in kwantu pprezentat fuori termine.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info