Reference: 31/2002/1

Judgement Details


Date
06/05/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BELLIZZI JOSEPH ET vs AWTORITA MARITTIMA TA' MALTA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DRITT TAT-TGAWDIJA TAL-PROPJETA - VJOLAZZJONI TAD-DRITT GHAL HARSIEN MINN DISKRIMINAZZJONI - VJOLAZZJONI TAD-DRITT GHAL RIMEDJU EFFETTIV - VJOLAZZJONI TAD-DRITT GHAL SMIGH XIERAQ
Summary
Ir-ragunijiet ghal dan ir-rikors kostituzzjonali huma s-segwenti:
(1) Li kien hemm vjolazzjoni tad-dritt ghat-tgawdija tal-propjeta`;
(2) Li kien hemm vjolazzjoni tad-dritt ghal smigh xieraq;
(3) Li kien hemm vjolazzjoni tad-dritt ghal rimedju effettiv;
(4) Li kien hemm vjolazzjoni tad-dritt ghal harsien minn diskriminazzjoni.

L-esponenti jitolbu illi din l-Onorabbli Qorti joghgobha taghti dawk ir-rimedji kollha necessarji, taghmel dawk l-ordnijiet u tohrog dawk l-atti u taghti dawk id-direttivi li tqis xierqa sabiex id-drittijiet fondamentali taghhom jigu protetti u dan sabiex jigu mharsa d-drittijiet ta' l-esponenti garantiti bl-Artikoli 37, 39 u 45 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u bl-Artikoli 6, 13 u 14 u bl-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll li jinsabu fl-Ewwel Skeda tal-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta, (a) billi jigi dikjarat illi l-permess mahrug mill-Awtorita` Marittima lill-intimat Saviour Bellizzi nhareg abbuzivament u illegalment ghaliex jilledi d-drittijiet tar-rikorrenti u ghalhekk huwa null, invalidu u bla effett, u inoltre (b) billi jigi dikjarat illis-sentenza moghtija mill-Onorabbli Qorti ta' l-Appell, li kkonfermat is-sentenza moghtija tal-Prim'Awla tal-Qorti Civili, tivvjola d-drittijiet fondamentali fuq imsemmija ta' l- esponenti.

Il-Qorti laqghet it-talbiet tar-rikorrenti b'dan li jinghad li hemm ksur tal-Artikoli 37 u 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u tal-Artikoli 1, 6 u 14 ta' l-Ewwel Protokoll li jinsabu fl-Ewwel Skeda tal-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta u konsegwentement:
(a) jigi dikjarat illi l-permess mahrug mill-Awtorita` Marittima ghall-uzu tal-marbat numru 15 f'Wied iz-Zurrieq inkwantu l-istess permess haregsabiex jintuza esklussivament minn Saviour Bellizzi nhareg abbuzivament u llegalment u ghalhekk huwa null, invalidu u bla effett, u ghalhekk tordna r-revoka tal-istess permess, u dan ghaliex meta l-istess permess inhareg b'mod hekk esklussiv gie lez id-dritt ta' uzu ta' l-istess irmigg mir-rikorrenti Joseph Bellizzi u ghalhekk konsegwentement tordna li sabiex jigi rispettat id-dritt tar-rikorrenti Joseph Bellizzi ghall-uzu wkoll tal-istess marbat numru 15 f'Wied iz-Zurrieq, jinhareg mill-istess Awtorita' Marittima permess sabiex l-uzu ta' istess marbat numru 15 f'Wied iz-Zurrieq mertu tal-kawza odjerna jinhareg kemm f'isem Saviour Bellizzi u kemm f'isem Joseph Bellizzi, b'dan li d-dritt ta' uzu ta' l-istess irmigg u kull temporary mooring right fuq l-istess irmigg tkun tista' tigi utillizzata kemm mill-istess Saviour Bellizzi u kemm mir-rikorrenti Joseph Bellizzi.

(b) billi jigidikjarat illi s-sentenza moghtija mill-Onorabbli Qorti ta' l-Appell, li kkonfermat is-sentenza moghtija tal-Prim' Awla tal-Qorti Civili, tivvjola d-drittijiet fondamentali fuq imsemmija tar-rikorrenti, in kwantu d-dritt ta' uzu ta' l-istess rikorrenti Joseph Bellizzi ghall-istess irmigg ma giex rikonoxxut, ghalhekk ir-rikorrenti ghandu d-dritt jorbot il-frejagattina tieghu wkoll ma' l-indikat marbat u rmigg f'Wied iz-Zurrieq u tiddikjara u tordna sabiex jinhareg permess fuq marbat numru 15 f'Wied iz-Zurrieq kemm f'isem Saviour Bellizzi u kemm f'isem Joseph Bellizzi b'dan li t-tnejn jkollhom ujkunu jistghu jezercitaw dritt ta' uzu ta' l-istess marbat u rmigg.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info