Reference: 326/2007

Judgement Details


Date
05/05/2008
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs BUGEJA RUSSELL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IL-KUNCETT TA SHARING TAD-DROGA
Summary
Bl-emenda tal-2006, fl-Artikolu 22 (9) tal-Kap 101, il-Qorti ghandha tezamina diversi punti u huwa evidenti mid-dicitura tal-ligi li, apparti konsiderazzjonijiet ohra li l-qorti ghandha tizen sew qabel ma tapplika dan l-ewwel proviso (fosthom l-ammont u x-xorta ta' medicina involuta ecc), trid tkuntirrikorri wkoll sitwazzjoni partikolari fejn id-droga tkun ser tigi, jew tkun giet, ikkunsmata (i)fl-istess post u (ii) minn min ikun qed jipprovdiha flimkien ma' ghall-anqas persuna ohra.

Il-Kliem 'flimkien' u 'fl-istess post' jissottolineaw l-element ta' komunanza - da li aktar popolarment jissejjah 'sharing' - jigifieri li dak li jkollu id-droga intiza ghalih jiddeciedi li jaqsamaha ma haddiehor f'dak l-istess waqt li jkun qed jikkunsmaha huwa stess.

Kif inhu risaput, fil-ligi taghna min joffri d-droga, li jkollu ghall-uzu tieghu, lil haddiehor - cioe' jaqsamha ma haddiehor - ikun qieghed jipprovdi ( 'supply' fit-test ingliz) dik id-droga ghall-finijiet tad-definizzjonita' traffikar (Art. 22 (1B)), u, per konsegwenza, ikun qed jitraffika dik id-droga.

Dak il-legislatur ried kien li meta jkollok kazijiet zghar u izolati ta' 'sharing' - persuna jkollha d-drogaghaliha u taqsamha ma' haddiehor - tkun tista' (izda mhux bilfors - ghalhekk iridu jitqiesu c-cirkostanzi kollha tal-kaz) tigi evitata, ghall-anqas ghall-ewwel darba, il-piena mandatorja ta' prigunerija b'effett immedjat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info