Reference: 54/2005

Judgement Details


Date
30/04/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
CASSAR CARMEN vs DIRETTUR GHALL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 37 TAL-KOSTITUZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 1 TA L-EWWEL PROTOKOL
Summary
Ir-rikorrenti tippremetti fir-rikors taghha li meta d-Direttur alloka l-post lill-Anthony Tabone huma segwiex il-proceduri kif stabbiliti fl-Artikolu 8 (1) tal-Kap 125 b'mod li ghalhekk dan l-agir tad-direttur intimat ipprekludiha minn kull kontroll tal-propjeta' taghha. Inoltre r-rikorrenti taghmel enfasi fuq it-temporanjeta' tar-rekwizizzjoni tal-post taghha u cjoe li ghaddew iktar minn ghaxarsnin min meta Tabone ha l-post u dan il-perjodu ma jistax jigi kkunsidrat bhala wiehed temporanju.Dan l-agir tad-Direttur ghalhekk jammonta ghall-depravazzjoni effettiva tal-beni tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti tikkontendi li l-intimat effettivament hadilha de facto l-proprjeta' taghha. Fil-fehma ta' dina l-Qorti l-azzjoni mehuda mid-Direttur kellha l-iskop li l-fond jigi allokat b'keralil persuna bi bzonn ta' akkomodazzjoni u mhux li l-fond jittiehed permanentement minghandha. Ghalhekk mhux il-kaz li kien hemm xi esproprjazzjoni de facto imma kien biss stat ta' fatt fejn l-istat kien qed jikkontrolla l-uzu tal-proprjeta'.

Qed jigi kontestat ukoll li meta d-Direttur allokal-post lill-Anthony Tabone hu ma segwiex il-proceduri kif stabbiliti fl-Artikolu 8 (1) tal-Kap 125.Pero' jirrizulta li skond il-ligi imsemmija, Kap 125, id-Direttur mhux marbut li jipprocedi ghar-rikonoxximent ta' l-inkwilin. Il-ligi tghid ‘jista' u mhux ‘ghandu'. Inoltre anke kieku d-Direttur mexa b'dik il-procedura, u l-inkwilin ma giex rikonoxxut, ma kienx ifisser li l-procedura adottata kienet invalida. Id-direttur dejjem jibqalu d-dritt li jdahhal lil haddiehor, jekk ikun hemm il-bzonn.Ghalhekk l-interferenza li r-rikorrenti qed tilmenta minnha kienet legali u skond l-Artikolu 1 tal-Protokol 1.

Fil-kaz in ezami l-kjamat fil-kawza spicca bla dar billi d-dar fejn kien joqghodu li kienet wkoll tal-Housing, kienet inharqet u baqa' bla ma kellu fejn joqghod. Ghalhekk il-mizuramehuda mill-intimat f'dan il-kaz kienet qed issegwi skop legittimu. Il-Qorti trid tara jekk kienx hemm bilanc gust bejn l-interess generali tal-kommunita' u d-dritt tar-rikorrenti ghad dgawdija pacifika tal-possedimenti taghha. Il-Qorti hi tal-fehma li r-rikorrent giet imgieghelha ggor a disproportionate and excessive burden u qed tigi mitluba to bear most of the social and financial costs of supplying housing accommodation lill-familja Tabone, waqt l-intimat li setgha rranga l-post li kellu qabel Tabone, m'ghamel xejn u halla l-piz fuq ir-rikorrenti. Ghalhekk isegwi li l-awtoritajiet naqsu milli jilhqu bilanc xieraq bejn l-interessi generali tal-kommunita' u l-protezzjoni tad-dritt ta' proprjeta' tar-rikorrenti.

Il-Qorti tiddeciedi billi tiddikjara illi gew lesi d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti ai termini ta' l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokol tal-Kovenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani u Fundamentali tal-Bniedem (Kap 319) u dana minhabba l-agir ta' l-intimat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info