Reference: 7/2007

Judgement Details


Date
09/04/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AGIUS MARIA STELLA vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; DRITT GHAL PENSJONI
Summary
Fil-kaz prezenti l-fatti li taw lok ghall-kontroversja quddiem l-Arbitru kienu minhabba ‘fatt li l-appellanti applikat ghall-Pensjoni ta' min Jirtira. Din it-talba taghha giet mid-Direttur appellat michuda bil-motiv illi l-appellanti kellha titqies skwalifikata milli tuzufruwixxi ruhha minn pensjoni bhal din minhabba li skond ir-records Dipartimentali din kellha akkreditati medja ta' 17.275 kontribuzzjoni biss. Medja din, allura, inferjuri ghal 20 kontribuzzjoni sabiex persuna tikkwalifika ghal dik il-pensjoni. It-talba ta' l-appellanti ghal Pensjoni ghal Irtirar giet michuda mid-Direttur stante illi l-medja minn sena ghal sena ta' kontribuzzjonijiet imhallsa minnha kienu anqas minn 20, ughalhekk ai termini tal-Art.17(5) tal-Kapitlu 318, l-appellanti ma kenitx intitolata li tircievi l-Pensjoni ghal Irtirar.

L-Arbitru, filwaqt li jichad l-appell a bazi tal-fatt li l-medja tal-kontribuzzjonijiet imhallsa hija anqas minn 20, u ghalhekk anqas minn dak rikjest fl-Artikolu 17(5) tal-Kap. 318, jissuggerixxi lid-Direttur li jirrifondi lill-appellanti s-somma ta' Lm216.66 imhallsa minnha, ghar-raguni li missha nghatat I-informazzjoni li l-kontribuzzjonijiet imhallsa minnha, ma kienux bizzejjed biex jintitolawha ghal Pensjoni ta' l-lrtirar.

L-aggravju tar-rikorrenti MariaStella Agius fil-konfront ta' din is-sentenza huwa essenzjalment dak li giet vjolata l-aspettativa legittima taghha li tircievi Pensjoni ghall-Irtirar.

Mill-aspett pur tal-ligi jidher li d-dritt ghax-xorta ta' pensjoni reklamata mill-appellanti hu assoggettat ghad-dixxiplina normattiva stabbilita fl-Artikolu 44 ta' l-Att dwar is-Sigurta` Socjali (Kapitolu 318). Fih jinghad illi biex persuna tikkwalifika ghall-pensjoni ghal min jirtira ried inter alia jissodisfa l-kondizzjoni prefissa fl-inciz (a). Jigifieri, li “fid-data ta' meta tirtira tkun tissidisfa l-kundizzjonijiet ta' kontribuzzjonijiet rilevanti”. Fil-kaz in ispecje, ghal fini ta' dak is-sodisfaciment, anke wahda diretta ghall-pensjoni b' rata mnaqqsa, l-appellanti riedet turi illi almenu kellha akkreditati favur taghha l-medja ta' kontribuzzjonijiet fis-sena ta' mill-anqas ghoxrin. Dan skond kif ipprovdut fl-Artikolu17 (5) ta' l-Att.

Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta` socjali jikkostitwixxu l-forma ta' finanzjament tad-diversi ghajnuniet, beneficcji u pensjonijiet specifikati fl-Att imsemmi. Dan sija jekkdawn il-kontribuzzjonijiet isiru minn individwu, sija jekk, kif inhu sew maghruf, bil-partecipazzjoni ta' l-Istat u ta' min ihaddem. Hi din ir-razzjonalita` tal-principju li jsawwar ir-rapport prevedenzjali u l-aktar dak jekk il-kontribwent huwiex legittimament intitolat ghall-beneficcju jew pensjoni minnu konsegwit.

Jekk hu veru li l-ligi timponi fuq il-kontribwent ir-responsabilita` ghall-hlas tal-kontribuzzjonijiet u li jara li l-qaghda tieghu hi in ordini mad-disposizzjonijiet tal-ligi, daqstant iehor fil-prattika etika-socjali ta' dik il-good governance ghal liema wiehed ghandu jaspira, hu mistenni li d-Dipartiment, bhala entita unika ta' l-amminstrazzjoni prevedenzjali u fir-rapport tieghu mal-kontribwent jassisti lil dan ghat-tutela u trattament assistenzjali xieraq tad-dritt tieghu ghall-pensjoni u tal-hlas korrispettiv.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta'l-Appell tichad it-talba ta' l-appellanti ghar-revoka kostitwita bl-appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info