Reference: 21/2005/3

Judgement Details


Date
17/03/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
RUGGIER JOSEPH EMANUEL ET vs RUGGIER JOSEPH OLIVER PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ESPROPRJAZZJONI; TGAWDIJA TA PROPRJETA
Summary
Ir-rikorrenti qeghdin jitolbu rimedju kostituzzjonali u konvenzjonali ghax qed jghidu illi, fi proceduri gudizzjarji li wasslu ghal sentenza ta' zgumbrament moghtija kontra taghhom, huma ma nghatawx smigh xieraq minn tribunal imparzjali u indipendenti, bi ksur tal-jedd fondamentali taghhom imhares taht l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali u taht l- Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta. Ir-rikorrenti qeghdin jghidu wkoll illi nkiser il-jedd taghhom ghat-tgawdija tal-proprjetà taghhom, imhares taht l-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 37 tal- Kostituzzjoni.

Ir-rikkorrenti qed jallegaw, li gie xolt il-kuntratt ta' cens perpetwu, bil-konsegwenti “telf” ta' proprjeta' taghhom, fi proceduri gudizzjarji li saru minghajr ma' huma kienu gew debitament notifikati bl-atti u bl-avviz tas-smigh tal-kawza. Huma kienu ghamlu l-procedura ta' ritrattazzjoni, izda t-talba giet michuda billi s-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 818 tal-Kap. 16 kien jimpedixxi tassattivament li ssir ritrattazzjoni wara li jghaddu hames snin minn meta tkun inghatat l-ewwel sentenza. Wara li ezawrew dan ir-rimedju tar-ritrattazzjoni ir-rikorrenti konjugi Ruggier fethu l-proceduri kostituzzjonali prezenti.

In vista tal-fatt li lill dina l-Qorti jirrizultalha li r-rikorrent Joseph Emanuel Ruggier kien gie notifikat bl-avviz tas-smigh tal-kawza, u ghalhekk kieku ried kellu l-opportunita' li jikkontestat-talba, hu ma jistax issa jilmenta li ma kienx nghata smigh xieraq minn tribunal imparzjali u indipendenti, bi ksur tal-jedd fondamentali tieghu mhares taht l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali u taht l-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.

Dwar l-allegazzjoni li kien hemm vjolazzjoni tad-dritt ghall-proprejta' taht l-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokol tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni, l-Qortihi tal-fehma li dawn l-artikoli ma japplikawx billi fil-kaz in ezami ma kien hemm ebda tehid sforzuzta' proprjeta' imma biss tehid bhala rizultat ta' obbligi naxxenti minn kuntratt jew minhabba ksurta' ligi jew minhabba ordni tal-Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info