Reference: 5/1996/1

Judgement Details


Date
26/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MOBY RENTALS LIMITED vs FARRUGIA PUBLIUS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HSARA; FUQ VETTURA TAL-KIRI - KIRI; VETTURA
Summary
Il-lanjanza ewlenija tal-appellant hija dik li l-ewwel Qorti ghamlet evalwazzjoni zbaljata tal-provita' fatt prodotti fil-kors tal-kawza u li meta wiehed kellu jabbina l-istess fatti mal-provvedimenti tal-Kodici Civili, u dak li jinghad fl-artikolu 1525 sa 1622 tal-Kap 16, u senjatament l-artikoli1554, 1561, 1563 u 1555(3) u 1560 kellu jigi invece konkluz u deciz li dak li premess u mitlub mis-socjeta' attrici kien fondat.

Hija prassi stabbilita ta' din il-Qorti tal-Appell illi sakemm ma jkunx hemm xi raguni jew ragunijiet serji u gravi li juru xort'ohra, din il-Qorti kemm jista' jkunma tiddisturbax dik id-diskrezzjoni u evalwazzjoni tal-ewwel Qorti li tkun allura fl-ahjar qaghda li tgharbel il-provi migbura quddiema. Dana maghdud, huwa ovvju li din il-Qorti dejjem tirrivedi l-imsemmija provi hekk prodotti.

Minn ezami tal-provi, din il-Qorti ma jidhrilhiex li s-socjeta'attrici rnexxielha tipprova li jekk hemm hsara fuq il-vettura li giet mikrija lill-konvenut appellat, din il-hsara giet ikkawzata b'xi agir jew b'negligenza jew xi htija ohra attribwibbli lill-appellat konvenut.

Mill-provi jirrizulta bhala fatt li l-vettura Maruti kienet inkriet lill-appellat. F'din il-vettura gew riskontrati danni ta' zewg tipi: ghafsa notevoli fuq il-bieb ta' wara tan-naha leminija tal-vettura u xi ghafsiet izghar u tbajja fuq il-“body” tal-vettura. Il-kwistjoni tirrigwarda t-tbajja u l-ghafsiet zghar fuq il-vettura. L-appellant jinsisti li dawn saru meta l-vettura kienet fil-pussess tal-konvenut u li gew ikkagonati minhabba li, ad insaputa tal-lokatur, il-vetturantuzat ghall-“going away” u fil-fatt giet imhollija fl-ajruport wara t-tieg fi stat danneggjat.

Ghal dak li gie sottomess mill-appellant ma jirrizultax li l-appellat ghamel jew halla lil terzijaghmlu “xi tgharriq fuq il-vettura” imma biss li halla li jsir tidlik u ticpis u li dwaru pero' l-konvenut xehed li nehhieh qabel ma pparkeggja l-vettura fl-ajruport. Dwar id-daqqiet jew ghafsiet zghar fuq il-vettura lanqas ma jirrizulta li dawn gew ikkaggjonati meta l-vettura ghaddiet fil-pussesstal-appellat.

Fil-fehma tal-Qorti, il-grad ta' prova mressaq mis-socjeta' attrici appellanti kien wiehed merament possibilistiku mentri huwa ben risaput li fil-kamp civili l-grad ta' prova rikjest huwa wiehed ta' probabbilita'. Din il-Qorti tal-Appell tikkondividi din il-fehma. Ghalhekk l-aggravji tal-appell m'humiex fondati la fil-fatt u lanqas fid-dritt.

Ghaldaqstant tiddeciedibilli filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata, tichad l-appell tas-socjeta' attrici bl-ispejjeztaz-zewg istanzi kontra taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info