Reference: 21/2007

Judgement Details


Date
28/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AZZOPARDI GREZZJU vs PUBLIC BROADCASTING SERVICES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
L-appellant talab lil dan it-Tribunal sabiex jinvestiga l-allegazzjoni tieghu illi ma kienx qed jithallas ugwalment ghax-xoghol li kien simili ghal ta' haddiehor. Da parti taghha s-socjeta` intimata allegat id-dekadenza tat-terminu ghall-prezentata ta' l-istess lament u una volta kien hemm l-istrutturazzjoni l-gdida fil-Public Service Broadcasting, l-appellant ma kellu l-ebda gustifikazzjoni li jillamenta.

Il-perjodu ta' erba' (4) xhur kif hemm indikat fl-artiklu 75 (3) tal-Kap 452 huwa wiehed ta' dekadenza u mhux wiehed ta' preskrizzjoni li jista' jigi interrott. Il-mens legis tal-legislatur kien wiehed illi kwalunkwe kaz ta' ksur u ta' drittijiet ghandu jigi investigat mill-ewwel uma jhalli l-ebda zmien jghaddi inutilment. Huwa fl-interess ta' l-istess appellant illi una volta ikun hemm ridazzjoni kontra tieghu huwa ghandu jiehu l-passi immedjatament halli minghajr ma jhalli l-kors taz-zmien jghaddi inutilment.

Il-ligi trid illi kwalunkwe ksur ghandu jigi stronkat mill-ewwel, jigi investigat u f' ezitu pozittiv jinghata rimedju. Pero huwa fl-interess ta' l-istess impjegat illi jiehu dawk il-passi necessarji entro termine, entro limiti stabbiliti mill-ligi illi danjista' jigi attwat. Fin-nuqqas ta' azzjoni jew fl-ommissjoni ta' azzjoni da parti ta' l-appellant ma tistax tigi sanata anzi jinghad ukoll illi m'hijiex sanabbli f' dan is-sens.

It-Tribunal laqa' l-eccezzjoni preliminari tas-socjeta` intimata dwar d-dekadenza mit-terminu ta' erba' (4) xhurli fiha l-appellant kellu jippromwovi l-istanza odjerna.

Appella minn din is-sentenza r-rikorrenti bl-aggravju illi t-Tribunal Industrijali ma interpretax korrettement id-disposizzjonijiet tal-ligi li jghoddu fir-rigward tat-terminu ghall-proponiment ta' l-ilment quddiemu. Koncizament, l-obbjezzjoni tieghu hi arginata fuq din il-bazi duplici:-
1.In bazi ghall-impostazzjoni tal-kaz tieghu fuq id-dispost ta' l-Artikolu 27 ta' l-Att dwar l-Imjiegi u Relazzjonijiet Industrijali, il-ksurlamentat minnu kellu jitqies ta' natura kontinwata u, konsegwentement, it-terminu prevvist mil-ligi,ex-Artikolu 30 (1) u 75 (3), ghall-avviz lit-Tribunal ma kellux jibda jghaddi sakemm il-fatt diskriminatorju jibqa' fis-sehh;
2.F' kull kaz kien hemm il-fatt tal-konciljazzjoni mahsuba bil-FtehimKollettiv u li l-process taghha ntemm bl-ittra definittiva tas-socjeta` appellate.

Fuq l-ezami taghha tas-sentenza appellata, din il-Qorti ta'l-Appell tosserva illi l-aspetti rilevanti ta' l-aggravji sottomessi, u hekk dibattuti quddiem it-Tribunal, ma gewx minn dan approfonditi kif jixraq,lanqas b' dak il-minimu ta' sforz intellettwali u ta' analisi serja li l-problematika sottoposta lilu kienet hekk certament timmerita.

L-appellanti kien qieghed jirrivendika d-dritt tutelat lilu mill-Artikolu 27 ta' l-Att imsemmi bl-iskop li ma jkomplix jircievi trattament anqas favorevoli minn dak ta' impjegati ohra fl-istess klassi ghal xoghol ta' valur ugwali. F'dan il-kaz ghandek sitwazzjoni ta' tkeccija ngusta u din necessarjament timplika illi d-data tal-licenzjament hi ben iffirmata f' mument specifiku ta' zmien. Huwa proprju ghalhekk li l-inciz (3) ta' l-Artikolu 75 jitkellem fuq it-tehid ta' azzjoni fit-terminu statutorju prefiss “mid-data effettiva tal-ksur allegat”. Invece, l-Artikolu 30 (1) jistipula, fil-kaz ta' ksur tal-kondizzjonijiet ta' l-impjieg, zmien utili ghall-prezentata ta' l-ilment “mill-ksur allegat”. Huwa sintomatiku f' materja ta' ksur bhal dan illi minn natura stess tieghu ma jistax jigi alleccjat ma' xi data effettiva in kwantu, jekk l-appellanti,kif allegat, ikompli jissubixxi l-istess trattament differenzjali u jissokta jircievi rata ta' rimunerazzjoni inferjuri ghal xoghol ta' valur ugwali, komparat ma' haddiema ohra fl-istess klassi, taliksur ma jistax hlief jitqies wiehed li, kif kwalifikat mill-kazistika Ingliza citata mill-appellanti, huwa “a continuing act” perkorribbli matul id-durata ta' l-impjieg.

Ghaldaqstant, din il-Qorti ta' l-Appell hasret is-sentenza appellata bl-ispejjez kontra s-socjeta` appellata. Irrimandatl-atti lura lit-Tribunal Industrijali ghal konsiderazzjoni u decizjoni tieghu fil-mertu tat-talba




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info