Reference: 1467/1993/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
BARBARA AIC JOSEPH NOE ET vs EL FERGHANI ABDULLAH ABOUAISHI NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SOCJETA` KUMMERCJALI, DOVERI TAR-REGISTRATUR FIL-KUNTEST TA` AMALAGAMAZZJONI - SOCJETA` KUMMERCJALI, EFFETTI TAL-PUBBLIKAZZJONIJIET FIL-GAZZETTA TAL-GVERN FIL-KUNTEST TA` AMALGAMAZZJONI - SOCJETA` KUMMERCJALI, NULLITA` TA` AMALGAMAZZJONI
Summary
Jekk il-fuzjoni bejn zewg socjetajiet kummercjali tigi dikjarata nulla minn Qorti kompetenti, kumpanija li tkun giet mhassra mir-Registru tas-Socjetajiet Kummercjali fil-process ta` dik l-amalgamazzjoni ma titqiesx li tkun waqfet milli tezisti. Il-process kollu li wassal ghall-pubblikazzjoni tar-Registratur fil-Gazzetta tal-Gvern tat-thassir ta' l-isem tas-socjeta' assorbita fil-process tal-amalgamzzjoni jigi awtomatikament inficcjat.

La darba l-fuzjoni kienet dikjarata bhala nulla b'gudikat ta' Qorti kompetenti, kien aktar proprju li jigi nvokat u applikat il massima "quod nullum est nullum producit effectum".

Huwa l-att tal-fuzjoni meta ritwalment u validament kondott illi iwassal biex socjeta' tigi assorbita f'ohra u mhux l-att tar-Registratur li jikkancella isimha mir-registru u konsidrat allura li ma kienx l-att tar-Registratur illi jimmaterjalizza l-estinzjoni guridika tas-socjeta'. Ghalhekk mhux korrett li jinghad li r-Registratur tas-Socjetajiet m'ghandu ebda poter moghti lilu mil-ligi li jerga' jirravviva s-socjeta' in kwistjoni. Socjeta' li tigi dikjarata b'gudikat illi ma kienet qatt tilfet l-individwalita' taghha u konsegwentement kellha necessarjament titqies li kienet u baqghet tkompli tezisti u qatt ma waqfet milli tezisti.


Madanakollu, d-dikjarazzjoni tal-Qorti kompetenti fis-sens illi l-amalgamazzjoni bejn zewg socjetajiet kummercjali kienet nulla u bla effett fil-ligi ma kenitx effettiva fil-konfront ta' terzi, jekk mhux qabelma jkun hemm ir-revoka da parti tar-Registratur tas-Socjetajiet Kummercjali ta' l-avviz tal-kancellament tas-socjeta' minn fuq ir-registru relattiv.

Ir-registrazzjoni maghmula mir-Registraturtas-Socjetajiet ma tiddeterminax l-ezistenza u l-inezistenza ta' socjeta' kummercjali. L-azzjoni tar-Registratur infatti, hija biss azzjoni amministrattiva rikjesta mill-ligi bi procedura intiza sabiex tipprotegi lil terzi sabiex taccertahom mill-fatt illi s-socjeta' kummercjali kienet regolarmenttezisti u f'posizzjoni li tinnegozja bhala personalita' guridika awtonoma. Huwa ghalhekk illi l-ligi tipprovdi li kumpanija tieqaf milli tezisti b'wahda mill-metodi li tikkontempla l-istess ligi fosthom il-metodu tal-fuzjoni ta' kumpanija f'kumpanija ohra.

Ir-Registratur tas-Socjetajiet, ghandu dover espressament bil-ligi, li jirregistra din ir-rejalta guridika kif dikjarata b'sentenza tal-Qorti li tkun ippronuncjat in-nullita` tal-amalgamazzjoni.

Ir-Registratur tas-Socjetajiet laghandu l-poter moghti lilu mil-ligi li joqtol u lanqas li jiravviva s-socjeta' kummercjali. Ghandubiss l-obbligu illi isegwi l-procedura imposta fil-Ligi biex f'kaz ta' tibdil u ghaqda ta' socjetajiet, jirregistra dak li jkun irrizultalu li ritwalment sehh sakemm ikun sodisfatt illi l-provvedimenti relattivi ta' tal-ligi jkunu gew imharsa. L-att ta' registrazzjoni, fih innifsu ma jista` jkollu l-ebda effett materjali fuq is-sostanza tar-registrazzjoni mitluba. Il-kompitu tar-Registratur huwa biss li jassigura ruhu li jkunu gew osservati skrupolozament il-provvedimenti tal-Ligi. Ghalhekkmhux necessarju li tali r-registrazzjoni tigi ordnata specifikament mill-Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info