Reference: 24/2007

Judgement Details


Date
22/01/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
DEBONO MARIA DOLORES SIVE DORIS vs AVUKAT GENERALI IN RAPPREZENTANZA TAL-GVERN TAR-REPUBBLIKA
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PROETEST GUDIZZJARJU, HLAS TA CENS
Summary
L-Att XXVII tas-sena 1976 introduca emendi li kienu jkopru emendi lil certi artikli b'effett retroattiv u li kienu gew dikjarati nulli u bla effett min din l-Onorabbli Qorti fis-sentenza taghha 520/95AJM tad-12 t'April, 1999. Bil-ligi precedenti l-esponenti kienet tottjeni r-ripreza ta l-immobli.

L-intimat f'din il-kawza appella ghad-decizjoni ta' din l-Onor. Qorti, u tali appell ilhu ghal decizzjoni ahharija lokalment mill-Onorabbli Qorti Kostituzzjonali wara mhux inqas minn seba u erbghin seduta. Ir-rikorrenti gibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni ghal-Amministrazzjoni tal-Gustizzja ghal dak li hi tikkunsidra bhala nuqqas gravi b'dak id-dewmien, pero` baqghet minghajr twegiba ankewara li ngibdet l-attenzjoni tal-Ecc. Tieghu l-President tar-Reppublika ghal dak id-dewmien u l-konsegwenza li dak qed jikkaguna lir-rikorrenti.

L-aggravju tar-rikorrenti huwa aktar evdienti meta jittiehdu in kunsiderazzjoni d-diversi proprjetajiet li hija ghandha moghtija b'cens taht il-kundizzjonijiet li kienu jezistu qabel l-introduzzjoni tal-emendi li din il-Qorti kienet ddecidiet taliemendi li huma nulli u bla effett. Dan qed jinghad ghall-Artiklu 1524 tal-Kap 16.

Bl-introduzjoni tal-emendi li saru bl-Att XXVII tas-sena 1976, l-Artiklu 1607 tal-Kap 16 kien numerat 1519 ukonsegwenza tal-emendi r-rikorrenti qed tbati d-danni. Fl-artiklu 1607 (2) kien hemm stipulat illi jekk ikun hemm ftehim espress f'kuntratt dak il-ftehim ghandu jkun vinkloanti. Bl-artiklu 1519 (2) lissostitwixxa dak l-artklu 1607 (2), introduca l-kuncett illi “u dak iz-zmien jista', ghal raguni tajba jigi mtawwal ghal-zmien moderat iehor”. L-Artiklu gdid 1524 (li ssotitwixxa l-Artiklu 1613) li ghamel id-disposizzjonijiet godda applikabbli, gie dikjarat null u bla effett bis-sentenza 520/99 AJMtat-12 t'April, 1999.

Konsegwenza tal-emendi li saru bl-Att XXVII tas-sena 1976, ir-rikorrenti giet imcahda minn parti mit-talbiet taghha fil-kawza deciza fit-22 ta' Novembru, 2006 u b'hekk batiet danni.

Meta din l-Onor. Qorti giet tiddeciedi l-kaz, gara, li, minkejja dak miftiehem bejn il-partijiet, il-Qorti ghazlet li tapplika l-ligi kif mibdula li kienet iddikjarata nulla u bla effett minn din l-istess Onorabbli Qorti.

Kull prova li trid taghmel ir-rikorrenti ghall-iskoptat-talbiet taghha m'hi sejra tottjeni xejn billi tressaq il-provi dwar dak li seta' sar fil-Kummissjoni. Dak li sar quddiem il-Kummissjoni certament mhux ser iwassal ghal nullita` o meno ta' l-artikolu 1524 u anqas biex jigi deciz jekk id-dewmien imsemmi kemm quddiem l-ewwel Qorti kif ukoll quddiem il-Qorti Kostituzzjonali fejn qed jigi allegat li l-appell ilu ghal decizjoni ghal 47 seduta kienx wiehed gustifikat jew le. Anqas m'hu ser iwassal biex jistabbilixxi jekk kienx hemm telfien ta' drittijiet li r-rikorrenti kienet intitolata ghalihom u li din il-Qorti tipprovdi rimedju adegwat.

Ghaldaqstant il-Qorti tichad it-talba tar-rikorrenti biex tinghata aktar informazzjoni dwar il-proceduri quddiem il-Kummissjoni fil-kaz in ezami.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info