Reference: 147/1988/3

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
VELLA A & CE GUIDO J. vs CEFAI DR. EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AUDI ALTERAM PARTEM, NUQQAS DA PARTI TA` MIN IQAJJEM L-ILMENT LI JRESSAQ PROVI - ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN IL-PRESKRIZZJONI U L-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT - ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN IL-PRESKRIZZJONI U L-ECCEZZJONI TAL-INEZISTENZA ASSOLUTA TAL-KREDITU - ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN IL-PRESKRIZZJONI U L-ECCEZZJONI TAL-KOMPENSAZZJONI - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI TAL-INEZISTENZA ASSOLUTA TAL-KREDITU - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI TAL-KOMPENSAZZJONI - PRESKRIZZJONI, KOMPATIBBLI MAL-ECCEZZJONI TAL-PAGAMENT - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN - PRESKRIZZJONI, ONERU TAL-PROVA
Summary
Parti f'kawza li tonqos milli tressaq provi f'kawza minkejja li tkun inghatat diversi opportunitajiet sabiex taghmel hekk ma tistax tilmenta ruhha dwar xi ksur tal-principju ta` audi alteram partem.

Una volta li tinghata l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, min jaghtiha ghandu jipprova l-element essenzjali tal-eccezzjoni tieghu u cioe' li kien bhala fatt iddekorra t-terminu statutorju preskrittiv. Dana mid-data minn meta l-attur seta' jipproponi l-azzjoni. Altrimenti kien japplika l-principju "contra non valentem agere non currit prescriptio." Stabbilit dan kien imbaghad jispetta lill-attur illi jaghzel it-triq lilu miftuha bil-ligi biex jiddefendi ruhu kontra l-estinzjoni tal-azzjoni tieghu f'wiehed jew aktar mill-mezzi li l-ligi tqieghed ghad-disposizzjoni tieghu.

L-artikolu2137 tal-Kap 16 jipprovdi illi "l-preskrizzjoni ta' azzjoni tibda minn dakinhar li din l-azzjoni tista' tigi ezercitata minghajr ma tittiehed qies tal-istat jew tal-kundizzjoni tal-persuna li lilha din l-azzjoni tmiss". Dan il-fatt ghandu jigi stabbilit b'mod konkluziv minn min jeccepixxi l-preskrizzjoni.

Eccezzjoni li l-ammont mitlub huwa ezagerat hija inkonsistenti mal-eccezzjoni tal-preskrizzjoni. Din l-eccezzjoni ma tistax ma tinftiehimx hlief bhala ammissjoni tal-kreditu izda wkollbhala kontestazzjoni tal-quantum.

Bl-istess mod l-eccezzjoni tal-kompensazzjoni jekk tinghata wara li jkun ghadda z-zmien tal-preskrizzjoni tikkostitwixxi rinunzja tacita ghall-istess preskrizzjoni. Il-preskrizzjoni hija inkompatibbli mal-eccezzjoni tal-kompensazzjoni. Xejn ma jiswa li l-kompensazzjoni tigi opposta in subordine u bla pregudizzju tal-preskrizzjoni ghax bil-fatt tieghu stess, il-konvenut li jeccepixxi l-kompensazzjoni jigi li irrinunzja ghall-preskrizzjoni li hu ma jistax isalva b'semplici rizerva.

Ghalhekk filwaqt li gie ritenut illi l-eccezzjoni tal-pagamentma kienitx inkompatibbli ma' dik tal-preskrizzjoni, gie minn dejjem sostnut illi hija inkompatibblimal-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, dik tal-inezistenza assoluta tal-kreditu jew dik tal-kompensazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info