Referenza: 1998/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/11/2007
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, MAGRI ALBERT J., MALLIA TONIO
Partijiet
ABDILLA ANTHONY ET vs DEGUARA EMANUEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TRASFERIMENT TA PROPRJETA - TRASFERIMENT TA PROPRJETA; L ELEMENT TA BONA FIDE
Fil-Qosor
Dikjarazzjoni mahruga mill-President ta' Malta m'ghandhiex l-effett ta' trasferiment tal-proprjeta`sakemm ma jsirx il-kuntratt relattiv ta' akkwist. Bhala proprjetarju tas-sit dan jibqghalu interessjagixxi biex jipprotegi l-proprjeta` tieghu u jassigura li din ma tigix imnaqqsa minn terzi li jidhrilhom li ghandhom jokkupaw partijiet minnha. L-art li, eventwalment, tigi trasferita lill-awtoritajiet governattivi, wara li jigu kompletati l-proceduri ta' esproprjazzjoni, tkun trid tigi hekk trasferita libera minn kull pretensjonijiet ta' terzi, u kwindi, s-sid, ghandu kull dritt jissorvelja l-art biex jara li din tibqa' intatta sa ma jsir it-trasferiment effettiv.

Il-kriterju tal-bona fides huwa soggettiv u oggettiv fl-istess hin, i.e. ikun in mala fide mhux biss min jaf izda wkoll min, li kieku mexa bil-ghaqal ta' bonus paterfamilias, kien ikun jaf illi l-art li qieghed jibni fuqha ma hijiex tieghu. Dan johrog mill-Artikolu 531 tal-Kodici Civili:
531. (1) Persuna li, ghalragunijiet li ghandhom mis-sewwa, tahseb li l-haga li tippossjedi hija taghha, hija pussessur ta' bona fidi.

(2) Min jaf, jew minhabba c-cirkostanzi ghandu jahseb li l-haga li jippossjedi hija ta' haddiehor, huwa pussessur ta' mala fidi.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni