Reference: 1717/2000/1

Judgement Details


Date
14/03/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ATTARD NICHOLAS ET vs CUTAJAR PETER PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO MANUTENTIONIS, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII - PUSSESS, MOLESTJA
Summary
Illi, ghalkemm l-actio spolii u l-actio manutentionis huma t-tnejn imsehbin ghaliex jissejhu "azzjonijiet pussessorji", m'humiex l-istess, u, biex isehhu, jitolbu elementi differenti tal-qaghda tal-pussess fl-attur.

Din id-differenza fondamentali u accettata universalment hija li fil-kaz tal-actio manutentionis huwa meqjus li l-attur ghadu fil-pussess u jrid li jinzamm fil-pussess, filwaqt li fl-actio spolii jkun gie mcahhad mill-pussess u, fil-fatt, jitlob lill-Qorti tordna li jerga' jitqieghed qabel kollox f'dak il-pussess li ttehidlu.

Illi, differenzi ohra li johorgu mil-ligi huma z-zmien li fih l-attur ghandu jressaq il-kawza 'l quddiem u li l-azzjoni ta' spoll tista' tigi esercitata dwar tnehhija ta' pussess ta' hwejjeg mobbli, filwaqt li l-azzjoni ta' manutenzjoni f'kaz ta' immobbli jew ta' universalita' ta' hwejjeg mobbli.

Filwaqt li azzjoni ta' manutenzjoni tista' tigi esercitata fil-kaz ta' tnehhija mill-pussess fejn ma jkunx hemm vjolenza jew habi, l-azzjoni privileggjata ta' spoll tehtieg l-element ta' vjolenza jew habi biex tkun tista' tirnexxi.

Dawn iz-zewg azzjonijiet ma jistghux jitressqu f'nifs wiehed, u attur ghandu jaghzel il-wahda jew l-ohra, izda mhux it-tnejn f'daqqa.

Tlieta huma l-elementi ewlenin li jsawru l-actio manutentionis: (a) il-pussess ta' haga immobbli jew ta' universalita' ta' hwejjeg mobbli; (b) l-att ta'molestja u (c) li titressaq l-azzjoni fi zmien sena minn dak inhar li ssehh il-molestja.

Illi, ghal dak li jirrigwarda l-ewwel element, il-ligi tghid li l-attur ghandu jkun fil-pussess "ta' liema xorta jkun", izda, fl-istess waqt twiddeb li la jrid ikun inkiseb b'vjolenza jew bil-mohbi u lanqas irid ikun dak it-tip ta' pussess imsejjah "prekarju". Tali pussess ikun imseddaq ukoll jekk haddiehor ikun fil-pussess bhala kompossessur.

Illi, ghal dak li jirigwarda t-tieni element tal-actio manutentionis, gie sa minn zmien ilu mfisser li kull attentat ghal-esercizzju tal-pussess mahsub li jfixkel it-tgawdija u maghmul bil-ghan jew intenzjoni li jwettaq dak ix-xkiel, jikkostitwixxil-molestja mehtiega biex issejjes l-azzjoni. Ghaldaqstant, dik il-molestja tirrisulta kemm jekk hija wahda ta' fatt u kif ukoll jekk tkun wahda ta' dritt, dment li timplika dejjem sfida ghall-pussesstal-attur. U, b'risultat ta' hekk, lanqas huwa mehtieg li jigi muri li l-attur garrab xi hsara (dannu) materjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info